Il-fdalijiet ta’ San Piju esposti fil-Bażilka San Pietru

Print Friendly, PDF & Email

Il-fdalijiet ta’ San Piju ta’ Pietralcina se jkunu esposti għall-qima tal-fidili fil-Bażilka San Pietru bejn it-8 u l-14 ta’ Frar li ġej. L-Arċisqof Rino Fisichella, il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, kiteb lill-Arċidjoċesi ta’ Manfredonia-Veste-San Giovanni Rotondo li kienet ix-xewqa tal-Papa Franġisku li r-relikwarju ta’ Padre Pio jkun fil-Vatikan nhar Ras ir-Randan tas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena.padrepio Dakinhar il-Papa se jibgħat lill-“Missjunarji tal-Ħniena” madwar id-dinja kollha mandat speċjali biex jipprietkaw u jqarru ħalli jkunu sinjal ħaj ta’ kif Alla l-Missier jilqa’ lil kull min ifittex il-maħfra tiegħu.

Il-preżenza tal-fdalijiet ta’ San Piju, kompla l-Arċisqof Fisichella, għandha tkun sinjal prezzjuż għall-missjunarji u s-saċerdoti kollha li jsibu l-appoġġ u l-qawwa għall-missjoni tagħhom fl-eżempju tiegħu bħala konfessur li ma kien jgħejja qatt, akkoljenti u paċenzjuż, xhud awtentiku tal-Ħniena tal-Missier.

Leave a Reply

%d bloggers like this: