Il-Vigarju Ġenerali Fr Joe Galea Curmi ngħata l-pussess ta’ Kanonku tal-Kapitlu Metropolitan tal-Imdina. Iċ-ċerimonja saret fil-Kattidral tal-Imdina l-Ġimgħa filgħaxija u tmexxiet mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Fiċ-ċerimonja ħadu sehem il-membri tal-Kapitlu Metropolitan li awguraw lil Fr Joe Galea Curmi bħala membru ġdid tal-Kapitlu.
Wara fil-kattidral tal-Imdina kien hemm it-translazzjoni bir-relikwa tal-Madonna u Quddiesa. Il-Kattidral iċċelebra l-festa ta’ Santa Marija lbieraħ. L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. mexxa Konċelebrazzjoni Pontifikali flimkien mal-Kapitlu Metropolitan. Il-festa ntemmet bir-repożizzjoni tar-relikwa tal-Madonna u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.