Home > Aħbarijiet, Ġenerali > L’Osservatore Romano jagħmel sejħa mqanqla għall-paċi fil-Koreja ta’ Fuq

L’Osservatore Romano jagħmel sejħa mqanqla għall-paċi fil-Koreja ta’ Fuq


It-Tlieta, 8 ta’ Awwissu 2017 ir-Radju tal-Vatikan għamel sejħa biex jibda djalogu dwar il-Korea ta’ Fuq. Din is-sejħa saret mill-eks osservatur permanenti tas-Santa Sede fil-Ġnus Magħquda f’Ġinevra, l-Arċisqof Silvano Tomasi. Monsinjur Tomasi bħalissa hu konsulent tal-uffiċċju l-ġdid tal-Vatikan għall-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem.

Waqt intervista mal-ġurnalista tar-Radju tal-Vatikan Philippa Hitchen, l-Arċisqof Tomasi qal li l-kriżi li għaddejja bħalissa turi kemm ir-relazzjonijiet internazzjonali huma fraġli meta l-irjus jibbiesu u jinjoraw is-sens komun fir-relazzjonijiet ta’ bejn il-bnedmin.

Il-Papa Franġsiku, kompla jgħid l-Arċisqof, spiss jinsisti li t-triq’il quddiem hi dik tad-djalogu li jinkludi lil kulħadd fin-negozjati biex jirbaħ il-ġid komuni.

It-triq tal-kunflitti hi dejjem ħażina, kompla l-kelliem. Din hi r-raġuni għaliex għandna ninvestu ħin, enerġija, flus u riżorsi biex nevitaw li s-sitwazzjonijiet ta’ kriżi jaslu sal-punt li jfuru. Importanti ħafna, li ngħinu lis-soċjetajiet itejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ nieshom billi nibnu l-ħitan flimkien minflok li noħolqu s-suspetti u n-nuqqas ta’ fiduċja.

Imma dan mhux biżżejjed, issokta Tomasi: irridu nibdlu wkoll il-kultura ġenerali għax il-mixja ‘l quddiem ma tifssirx li jkollok l-aktar teknoloġija militari avvanzata imma li tkun miftuħ għal kollox għall-inklużjoni, bil-parteċipazzjoni ta’ kulħadd ħalli jitkattar il-ġid komuni tal-familja umana kollha.

Ilbieraħ 10 ta’ Awwissu, ir-Radju tal-Vatikan ħabbar ukoll li l-Isqfijiet tal-Korea t’Isfel urew it-taħssib tagħhom u qed ifittxu għajnuna spiritwali biex is-sitwazzjoni tikkalma.

Skont ir-Radju tal-Vatikan l-isqfijiet qed jistiednu lill-fidili biex jitolbu l-interċessjoni tal-Verġni Marija għall-paċi f’arthom, issa li qed toqrob sew il-festa tal-Assunta.

Il-Kardinal, Arċisqof ta’ Seoul, Andrew Yeom Soo-jung stieden lill-Kattoliċi biex jitolbu r-Rużarju partikolarment din is-sena li jaħbat il-100 anniversarju mid-dehriet ta’ Fatima. Il-Verġni Marija ħeġġitna ngħidu din it-talba għall-konverżjoni tal-midinbin u għall-paċi fid-dinja, qal il-Kardinal Yeom. Ir-Rużarju hu l-arma spiritwali tagħna u jgħinna ngħelbu l-isfidi tal-fidi tagħna u jibdilna biex insiru o tal-paċi għad-dinja.

Flimkien ma’ dawn ir-rapporti mir-Radju tal-Vatikan, l-edizzjoni tal-lum, 11 ta’ Awwissu, tal-Osservatore Romano, tirrapporta li ntbagħtet ittra urġenti lill-President tal-Korea t’Isfel, Moon Jae-In, lill-Kunsill Nazzjonali tal-Knejjes tal-Korea biex tħeġġeġ li jibda minnufih djalogu li jtaffi t-tensjoni li hemm fil-peniżola Korejana.

Skont il-gażżetta tal-Vatikan, l-isqfijiet tal-Korea wrew it-tħassib kbir tagħhom li l-peniżola Korejana tista’ ssir il-miċċa li tkebbes gwerra bierda oħra. F’das-sens, l-isqfijiet saħqu li l-paċi qatt ma tista’ tinkiseb bis-saħħa tal-armi, imma permezz tal-fidi.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet

Categories: Aħbarijiet, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: