Home > Aħbarijiet > Fil-Kolombja l-Papa Franġisku stieden liż-żgħażagħ biex ma jitilfux il-ferħ u t-tama

Fil-Kolombja l-Papa Franġisku stieden liż-żgħażagħ biex ma jitilfux il-ferħ u t-tama


Kolombja.  Il-Ħamis, 6 ta’ Settembru 2017: F’Bogota, li kif kien hemm fuq wieħed mill-posters “tinsab 2600 metru eqreb lejn il-kwiekeb” il-Papa Franġisku kellu tistennih laqgħa mimlija entużjażmu x’ħin wasal għall-4.00pm, ħin lokali.

Il-Papa Franġisku niżel it-taraġ tal-ajruplan li kien wasslu fil-bażi militari Catam, qrib Bogota, ftit ħin qabel mistenni, minkejja li kellu jibdel ir-rotta biex jevita l-uragan Irma li bħalissa qed jolqot lil Karibew u lill-Istati Uniti.

It-tgħanniqa tal-Papa mal-Kolombja kienet spontanja. Il-President Juan Manuel Santos Calderón flimkien ma’ martu laqgħu lill-Qdusija Tiegħu.  Magħhom kien hemm il-Nunzju Appostoliku Ettore Balstrero.

Eżatt wara, xi tfal sellmu lill-Papa.  L-ewwel wieħed kien Emmanuel, iben Clara Rojas, illum membru parlamentari, li fl-2002 kienet inħatfet u għal snin sħaħ inżammet bħala ostaġġ fil-boskijiet tal-Kolombja, fejn twieled it-tifel, mill-forzi anti-governattivi.  Lill-Papa t-tifel tah ħamiema bajda tal-porċellana.

Kien imiss lid-delegazzjonijiet jintroduċu ruħhom, filwaqt li xi żgħażagħ kienu jiżfnu żfin folkloristiku.

Il-Papa sellem bil-mod magħruf tiegħu lil għadd ta’ morda u diżabbli, l-aktar tfal, imma wkoll nies ċivili u militari, vittmi tal-kunflitt li kien ilu sejjer 50 sena.  Tmellisa, xi ‘selfie’, sinjali oħra ta’ nkuraġġiment u tbissima għal kulħadd.

L-applaws tal-madwar elf fidili li kienu preżenti ingħaqad mal-dak tal-mijiet tal-eluf li kienu qed joħonqu t-triq minn fejn għadda bil-papamobil, filwaqt li tul it-toroq l-iskrins tal-ħwienet kienu qed juru dak li kien qed jiġri fl-ajruport.

Tul il-15-il kilometru bejn l-ajruport u n-nunzjatura l-Papa kien akkumpanjat mill-Kardinal Ruben Salazar Gomez, arċisqof ta’ Bogota u president tal-Konferenza Episkopali latinoamerikana.

Mat-triq il-Papa għadda minn qalb folla kbira li minħabba fiha f’xi waqtiet is-sewwieq kellu jimxi bil-mod u f’waqt minnhom kważi waqaf għal kollox.  Dan kollu minkejja r-ringiela pulizija tas-sigurtà.

Malli wasal ħdejn in-nunzjatura l-Papa sab jistennewh grupp ta’ fidili li bdew ikantaw u jiżfnu għar-ritmu ta’ mużika tradizzjonali.  Fosthom kien hemm xi tfal u żgħażagħ li jgħixu fit-triq, oħrajn vittmi tad-droga u vittmi ta’ skumditajiet oħra.

Lill-Papa tawh “ruana kolombjana” kappa tipika lokali, magħquda mal-ferħ kbir tagħhom.  Il-Papa ħeġġiġhom biex dal-ferħ ma jitilfuh qatt u flimkien mal-ferħ ma jitilfux it-tama.  Qabel ma sellmilhom biex jidħol fir-rappreżentanza diplomatika tas-Santa Sede, Franġisku wissihom biex ma jħallu lil ħadd iqarraq bihom u jisirqilhom it-tama.

Dawn kienu l-istess sentimenti: il-ferħ u t-tama, li tkellem dwarhom il-President Santos f’dikjarazzjoni li għamel fis-sala stampa fi tmiem il-ġurnata, li fiha saħaq li dan hu l-waqt li fih tibda’ tinbena l-paċi.

Tista’ taqra d-diskorsi tal-Papa Franġisku fil-Laikos … http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Vjaggi.htm

 

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: