Home > Aħbarijiet > PRESIDENT ĠDID TAL-MOVIMENT MISSJUNARJU “ĠESÙ FIL-PROXXMU”

PRESIDENT ĠDID TAL-MOVIMENT MISSJUNARJU “ĠESÙ FIL-PROXXMU”


It-Tlieta, 10 ta’ Settembeu 2017: Wara l-mewt ftit jiem ilu ta’ Mons. George Grima, fundatur u President tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, “bix-xewqa li l-ħidma missjunarja mibdija minn Dun Ġorġ tkompli tinfirex”, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, qed jaħtar fl-uffiċċju ta’ President tal-Moviment lil DUN ALEX CAUCHI, mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni, l-Għarb, li ilu missjunarju fil-Brażil u l-Perù sa mis-sena 1995.  Dan skont kif jitlob l-Istatut tal-Moviment li l-President jiġi nnominat mill-Isqof ta’ Għawdex.  Billi Dun Alex se jiġi Għawdex f’Jannar li ġej, l-Isqof Grech ħatar lil Mons. Pawlu Cardona, Vigarju Episkopali għall-Kleru, bħala President ad interim.

Dun Alex Cauchi

Dun Alex Cauchi

Dun Alexander Cauchi twieled fis-7 ta’ Jannar 1970, bin Maurice u Elizabeth Cauchi, u tgħammed fil-Knisja parrokkjali tal-Viżitazzjoni, l-Għarb. Studja għand is-Sorijiet tal-Karità u fl-Iskola Primarja Karmni Grima, l-Għarb, u fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, fejn wara kompla l-formazzjoni tiegħu fis-Seminarju Maġġuri. Ġie ordnat saċerdot fl-24 ta’ Ġunju 1995 mill-E.T. Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof ta’ Għawdex.

Sakemm irċieva l-Visa biex imur il-Brażil, minn Lulju sa Diċembru 1995 għamel żewġ esperjenzi pastorali fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, fil-Parroċċi tar-Rabat ta’ Malta u tal-Imsida.

F’Diċembru tal-istess sena ġie mibgħut lejn il-Brażil, fejn diġà kien għamel is-sena intermedjarja snin qabel, biex jibda x-xogħol pastorali. Wara kors fil-kultura u l-lingwa Brażiljana, mar bħala Vigarju Parrokkjali f’Murici (Alagoas) flimkien ma’ Dun Jimmy Xerri. Wara seba’ snin u nofs, id-Djoċesi ta’ Maceio bagħtet lil Dun Alex f’żewġ parroċċi li ma kellhomx qassis: Uniao dos Palmares u parroċċa fil-kapitali.

Wara xhur imexxi dawn il-parroċċi sakemm instabu qassisin għalihom, fil-bidu tal-2003 Dun Alex mar għal esperjenza fl-Amażonja, fil-parti Peruvjana fejn hemm Dun Raymond Portelli. Għal tliet snin u nofs kien Kappillan tal-Parroċċa tal-Ispirtu s-Santu, Iquitos u wara għal sentejn oħra fil-Vigarjat ta’ San Ġużepp, fuq il-fruntiera mal-Brażil.

Fl-2007 Dun Alex reġa’ lura fid-Djoċesi ta’ Maceio fejn għadda sitt snin f’raħal fejn il-baħar iħejji t-triq biex fih titwaqqaf parroċċa ġdida. Hemm bena ċentru pastorali fejn l-Isqof Mario Grech kien bierek l-ewwel ġebla. Fl-istess żmien, fl-aħħar kważi tliet snin kien ukoll Amministratur Parrokkjali ta’ Porto de Pedras.

F’dawn l-aħħar erba’ snin jinsab fil-Parroċċa ta’ São Miguel de Taipu, fl-Arċidjoċesi ta’ Paraiba, fejn kien għamel is-sena intermedjarja ma’ zijuh Dun John Mary Cauchi, li ilu erbgħa u ħamsin sena l-Brażil u li din is-sena ser jagħlaq ħamsin sena saċerdot.

Sena ilu ġie mitlub biex jgħin fil-Parroċċa fir-raħal qrib ta’ Pilar, peress li kien bla qassis.

Categories: Aħbarijiet
  1. Anonymous
    October 10, 2017 at 9:49 pm

    awguri mill qalb

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: