Home > Papa Franġisku > “L-Istinati ma jifhmux il-Ħniena ta’ Alla”, il-Papa Franġisku.

“L-Istinati ma jifhmux il-Ħniena ta’ Alla”, il-Papa Franġisku.


It-Tlieta 10 ta’ Ottubru 2017: Waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta fejn għamel riflessjoni l-Papa Franġisku fakkar lill-fidili kollha li l-ħniena bla tarf ta’ Alla tisboq kollox, imma wissa li m’għandniex inkunu riġidi u għandna nkunu dejjem qlubna miftuħin. Huwa kien qed jitkellem għat-tieni jum wara l-ieħor, dwar qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġona. Il-Papa qal li hi biss il-ħniena t’Alla li tiftħilna qlubna u tirbaħ kollox.

Ġona, qal Franġisku, kien bniedem rasu iebsa, kien marid bir-riġidità, ruħ imġewħa. Fl-istorja tal-Bibbja, Alla jitlob lil Ġona biex jikkonverti l-belt ta’ Ninwè. Għall-ewwel il-Profeta rrifjuta u ħarab, imbagħad wettaq l-għamar ta’ Alla u qeda dmiru sew. Madankollu, osserva l-Papa, Ġona hu mgħaddab u nkurlat għax Alla ħafer lill-poplu li b’qalb miftuħa wera sogħoba.

Dawk li qalbhom hi stinata ma jifhmux x’inhi l-ħniena t’Alla. Huma bħal Ġona, qal il-Papa, ma jafux jiftħu qlubhom għall-Mulej. Dawn il-bnedmin huma ta’ qalb dgħajfa, qlub ċkejknin magħluqin għall-ħniena u marbutin biss mar-rettitudni stretta. Jinsew li l-ġustizzja t’Alla saret laħam f’Ibnu, saret ħniena u maħfra. Jinsew li l-qalb t’Alla hi dejjem miftuħa għall-maħfra.

Jinsew xi ħaġ’oħra, issokta l-Papa. Jinsew li l-omnipotenza ta’ Alla turi ruħha primarjament fil-ħniena u l-maħfra tiegħu.
Mhux faċli nifhmu l-ħniena t’Alla. Jeħtieġ li nitolbu ħafna għax din hi grazzja. U aħna mdorrijin bl-attitudni ta’ tpattija li tfisser li għalina l-ġustizzja hi li tħallas għal dak li tkun għamilt. Madankollu rridu niftakru li Ġesù ħallas għalina u għadu jħallas.

Lil Ġona Alla seta’ abbandunah u ħallih mar-ras iebsa u r-riġidità tiegħu. Minflok, mar ikellmu u kkonvinċih; salvah bħalma salva lill-poplu ta’ Ninwè. Alla hu Alla tal-paċenzja, li jaf imelles, li jaf kif għandu jiftaħ il-qlub.

Il-qofol tal-messaġġ tal-ktieb tal-Profeta, kompla jgħid il-Papa, insibuh fid-djalogu bejn il-profezija, il-penitenza, il-ħniena u l-qalb dgħajfa jew ir-ras iebsa. U minn dan naraw li l-ħniena t’Alla dejjem toħroġ minn fuq għax l-omnipotenza tiegħu tidher fil-ħniena tiegħu.

Intikom parir, temm il-Papa, li llum taqraw il-Ktieb ta’ Ġona. Hu ktieb żgħir ħafna, tliet faċċati biss, u taraw kif jaħdem il-Mulej, kif il-ħniena tiegħu tittrasforma qlubna, u niżżu ħajr ‘l Alla talli hu tant ħanin.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Papa Franġisku
  1. Victor
    October 16, 2017 at 10:33 am

    F’dan id-diskors tal Papa taghna Frangisku nara id-debbulizza tieghi l-ewwel wiehed, il-fragilita tieghi , kemm ghadni ma fhimtx sewwa min Hu il-Mulej Missier taghna. Iva qed nitkellem hekk ghax jiena meta nidneb mhux ma nemmiex li l-Mulej hafirli , imma nemmen li l-Mulej bhan-nies tad-dinja l-ewwel wiehed jiena ghax Alla, ghax il-Mulej qisni narah li l-fiducja fija marritlu, ghalhekk nhoss hekk li qiesni ma tantx hekk jiena f’dat mieghu ghax jaf li jiena bniedem midneb, jiena bniedem bla fibra..

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: