Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt, 28 ta’ Ottubru 2017

L-Evanġelju tas-Sibt, 28 ta’ Ottubru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 6: 12-19

Ħareġ u mar fil-għoli; talab u wasal għal deċiżjoni. Is-sebħ ġab miegħu it-twettiq ta’ dik id-deċiżjoni, l-għażla, is-sejħa u l-bidla. Il-kuntest, jekk mhux kollox, huwa ħafna. Ġesù jitbiegħed mill-bqija biex jingħaqad ma’ dak li hu kollox. U waqt li l-lejl għall-bqija huwa mistrieħ u ħolm, għal Ġesù huwa l-mistrieħ f’Alla li fih il-ħolm isisr rejaltà. Ġesù kellu ħolma li n-nies li għażel ma jibqgħux biss semmiegħa, spettaturi iżda miegħu isiru protagonosti, mhux għall-fama iżda għall-qadi tal-Kelma ta’ Alla.

Fuq il-għoljiet, fejn il-ħsieb jinfirex u jara iżjed milli fil-widien, Ġesù jiltaqa’ qiċċ’imb’wiċċ ma’ Alla u fil-preżenza tiegħu jgħaddi mid-dlam tal-lejl għas-sebħ ta’ jum ġdid, għad-dawl li hu tama ta’ bidu ieħor. Fid-dawl ta’ Alla, fil-bidu ta’ jum ġdid Ġesù jieħu deċiżjoni u jagħżel. M’għamilx elezzjoni biex jara l-bqija lil min iridu, iżda talab u ra Alla x’kien jaf dwar min kellu jkun magħżul; fosthom anke min kellu jittradih. Sejjaħ lejh lil kulħadd, iżda minnhom għażel tnax, minn dawk li kienu miegħu, għażel tnax biex jibgħathom. Kollha marru, anke min ikellu jittradih.

Luqa jsemmiehom, wieħed wieħed, u lil Pietru, li ismu kien ifisser ‘dak li jisma’ (wieħed jinnota l-għerq tal-kelma Xmun li huwa l-istess għerq tal-verb Xemà, il-malti sema’) għal Chephas (Petrus) ‘blata’. F’għajnejn id-dixxipli u dawk li kienu jafuh, seta’ deher li Ġesù ried jiċċajta meta bidillu ismu. Il-blata kien dak li ċaħdu u żarma quddiem it-theddid u l-biża’. Pietru ma kienx blata għġax kien qawwi iktar mill-oħrajn, iżda għax fl-għarfien tad-dgħufija tiegħu għaraf ukoll lil l-qawwa mhix mill-bniedem imma minn Alla.

Imbgħad Ġesù ppreżenta t-team il-ġdid tiegħu. Niżel magħhom fil-wita, fejn kien hemm folol kbar, anke minn żewġ bliet portijiet fuq ix-xtut tal-Mediterran, fejn kienu jinġabru nies minn kull parti tad-dinja magħrufa dak iż-żmien. Luqa jiġbdilna l-attenzjoni li l-fejqan li n-nies fittxew f’Ġesù ma kienx limitat għal grupp partikulari ta’ nies li jagħmluh tagħhom għax ġej minnhom, iżda kien miftuħ għal kul min għandu bżonnu.

Spiċċa ż-żmien fejn il-bnedmin jaħsbu li Alla hu tagħhom, għax kulħadd hu ta’ Alla, kulħadd huwa maħbub minnu u kullmin ifittxu jsibu. Il-partiti huma l-logħba tal-bnedmin li Alla ma jidħolx fiha. Hawn min jgħid li Alla hu tiegħu biex jikkonferma l-perfezzjoni falza tiegħu u hawn min jgħid li hu ma’ Alla biex ikasbar lill-Knisja tiegħu. Alla huwa ħafna iktar ’il fuq mill-kospirazzjoni tal-bnedmin.

Alla ma jużax. Alla jħobb u jħenn u jaħfer. Min imissu, jfiq. Min jiltaqa’ miegħu u jisma’ kelmtu u jgħixha, jgħix tassew.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: