Quddiesa mill-Għaqda Ġurnalisti Għawdxin

Nhar il-Ħamis 16 ta’ Novembru 2017 jaħbat l-ewwel xahar mill-qtil tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia.

L-Għaqda Ġurnalisti Għawdxin se tagħmel Quddiesa għal ruħha dakinhar fis-7.00pm, fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla, il-Belt Victoria.

Billi jkun Novembru, ix-xahar tal-Erwieħ, mal-intenzjoni għal ruħ din il-ġurnalista ikun hemm ukoll dik għall-erwieħ tal-membri mejtin tal-Għaqda, fosthom il-mibki Isqof Nikol Ġ. Cauchi.

Kulħadd mistieden.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading