Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt, 2 ta’ Diċembru 2017

L-Evanġelju tas-Sibt, 2 ta’ Diċembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 21, 34-36

Dan hu l-aħħar jum tas-sena liturġika. Din hija l-aħħar silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa. Dan huwa l-aħħr pariri li Ġesù jagħti lid-dixxipli tiegħu matul il-festa tal-ażżmi, il-jiem li fihom ġie ttradut, arrestat, ikkundannat u maqtul.

It-tmiem fuq din l-art kien quddiemu u pprova jagħmilhom konxji tiegħu iżda, għal xi raġuni jew oħra, huma ma għarfux is-sinjali taż-żminijiet li kienu qed jgħixu. Minkejja li t-tmiem kien fil-qrib, Ġesù qed jitkellem fir-rebbiegħa, iż-żmien li fih kollox jeħu ħajja ġdida, u jħabbar il-wasla tas-sajf; id-diskors ta’ Ġesù fih kliem ta’ tama.

Iżda, oqgħodu attenti, jgħidilhom u qisu. It-tmiem li kien qorob, kien tiġrib li se jgħaddihom minn ħasda kbira. Taljenawx ruħkom bil-ħsibijiet żejda u tintelqux, tħallux il-kuraġġ u t-tama jmutu f’qalbkom. It-telqa u l-qtiegħ ta’ qalb jittieħdu malajr ħafna iktar mit-tama u l-kuraġġ. It-atma u l-kuraġġ jinħtieġu qawwa straordinarja mhux biss li tqum fuq saqajk imma wkoll li ma titkaxkarx mal-kurrent. Hija xi ħaġa li jista’ jagħmilha l-bniedem waħdu. L-aħħar twissija ta’ Ġesù hhija dwar kif kull bniedem irid jaħseb għalih innifsu biex jimtela bit-tama, jagħmel kuraġġ u jibqa’ sħiħ u sod fit-tweġib għas-sejħat li jagħmillu Alla.

It-tmiem ta’kull tmiem jiġi għall-għarrieda. Ħadd ma jaf meta hu u ħadd ma jista’ jħabbru. Nassa. Tasal meta la taf biha u lnqas tkun qed tistennieha. Donnu Ġesù qed jagħti lid-dixxipli tiegħu il-parir bie xikunu prudenti. Għal dartejn f’din s-silta qasira jsemmi żewġ kelmiet li juru eċċess, ħafna minn xi ħaġa. ‘Żejjed’, għall-ikel u x-xorb, u l-‘ħafna’ għat-tħassib għall-ħtiġijiet tal-ħajja. Dak li hu żejjed ifixkel u jaljena. Il-moderazzjoni u l-prudenza huma frott l-għaqal ta’ min hu konxju mir-rejaltà tiegħu, anke r-rejaltà tat-tmiem tiegħu.

Donnu Ġesù qed jipproponilna l-mistoqsija: li kieku taf li se tmut siegħa oħra, tibqa’ tagħmel dakli qed tagħmel issa? Mhix mistoqsija bil-għan li tbeżża mill-mewt; il-mewt ġa qiegħda hemm u kulħadd jaf li jrid jgħaddi minnha. Hija mistoqsija li Ġesù donnu jrid iħajjarna nagħmlu biex naraw jekk għandniex tama li l-ħajja ma tintemmx, u jekk hemm din it-tama, ma xhiex inhi marbuta, fuċ xhiex inhi mibnija. Min jara fi kliem Ġesù theddida, qed jipprova jilludi lilu nnnifsu li l-ħajja mhix dik li hi, u allura jinfexx fl-ikel u x-xorb żejjed biex jaljena rasu u ma jaħsibx, jew jivvinta kif ħa jinkwieta dwar x’għandu bżonn tassew u jekk għandu kollox, jivvinta bżonnijiet oħra.

Ġesù mhux iċanfar, imma jiftaħ l-għajnejn ta’ dawk li qed jisimgħuh. Ix-xewqa tiegħu hi li ħadd ma jkun aljenat jew imbiegħed mir-rejaltà, għax ma jrid lil ħadd jinħasad. Bniedem avżat nofsu armat, ngħidu aħna. Ġesù qed javżana biex inkunu armati mija fil-mija. Is-sajf ġej, il-ħajja qed tiġġedded.

Dakinhar it-tama ma tibqax tama, għax issir ir-rejaltà.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: