Inawgurazzjoni taċ-Centru ta’ Arti Liturġika f’Għawdex

Print Friendly, PDF & Email

Illum is-Sibt 2 ta’ Diċembru, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, se jinawgura uffiċjalment iċ-Ċentru ta’ Arti Liturġika Eikon. Dan iċ-Ċentru se jkollu l-uffiċċji tiegħu f’lokal fi Triq il-Papa Ġwanni Pawlu II, li tieħu għal Ta’ Pinu.

Fid-Digriet tal-okkażjoni, Mons. Mario Grech jesprimi x-xewqa tiegħu li dan iċ-Ċentru, fost ħwejjeġ oħra, “joffri servizz ta’ formazzjoni lil dawk l-artisti li jixtiequ jpoġġu l-ħiliet artistiċi tagħhom għas-servizz tal-Knisja” u “jkun post ta’ produzzjoni ta’ arti liturġika fid-diversi espressjonijiet tagħha”.
L-Isqof Grech ħatar lil Dun Roberto Gauci bħala l-ewwel Direttur ta’ dan iċ-Ċentru ġdid. Fl-aħħar erba’ snin Dun Roberto tħarreġ fiċ-Ċentru ta’ Studji u Riċerki Ezio Aletti f’Ruma, taħt it-tmexxija ta’ Patri Marko Ivan Rupnik SJ.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

%d