Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru 2017. Solennittà tal-Immakulata Kunċizzjoni

L-Evanġelju tal-Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru 2017. Solennittà tal-Immakulata Kunċizzjoni


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 1: 26-38

Nafu li Nazaret kien fil-Gallilija. Nafu li x-xebba kienet toqgħod Nazaret u kienet mgħarrsa biex tiżżewweġ ma’ raġel, jismu Ġużeppi. Nafu li kien jisimha Marija. Dawn huma dettalji li nafu dwar l-identità ta’ Marija għax San Luqa dehrlu li kienu mportanti.

Ma jabqadx u jsemmi l-isem għax kien jaf li ħadd ma kien jaf bih u ħadd ma jaf min kienet. Iktar ’il quddiem ħass ukoll il-ħtieġa li jagħtina l-isfond legali ta’ Ġesù kif kienu jarawh in-nies. Iżda dwar Marija ma jagħtina xejn iżjed; hija tassew il-ġebla li nqatgħet bla ma messha ħadd, kif jgħid il-Profeta Danjel meta jitkellem dwar il-qerda tal-istatwa tleqq u tal-għaġeb.

Madanakollu, dak li jgħidilna dwarha fl-Evanġelju, wara din id-daħla, x’qalet u kif ġabet ruħha, jurina min kienet tassew.

It-tislima tal-mibgħut ta’ Alla titħawwad imma ma tħallihiex indifferenti. Marija, ma tibżax mill-preżenza u lanqas tinħasad biha, donnha kienet imdorrija b’dik il-preżenza, kien komda fiha, ma kienetx l-ewwel darba li sabet ruħha quddiem Alla. It-tislima semgħata l-ewwel darba dakinhar u jidher ċar li ma kienetx qed tistenniha. San Luqa jagħtina għall-ewwel darba (għax ħjiel iħeor jagħtihulna iktar ’il quddiem), li Marija kienet il-mara li tieqaf u taħseb bejna u bejn ruħġa, hija l-mara li tqis u tiżen u tagħrbel dak li tisma’ u tara, dak li tgħaddi minnu, f’dan il-kas, dak li Alla kien qed jgħaddiha minnu.

Wara l-ewwel intervent tal-anġlu ma tkellmitx; meta qalilha x’inhu l-għan taż-żjara tiegħu, tkellemt u talbet spjegazzjoni ta’ dak li semgħet. Ma poġġietx resitenza; fil-fond ta’ qalbha kiet ġa taf dak li l-anġlu qalilha iktar tard: għal Alla kollox jista’ jkun. It-tweġiba tal-anġlu turina d-diffikultà ta’ Marija. Marija għarfet u ammettit li hi kienet taf kif tnissel iben ta’ bniedem, imma ma setgħetx timmaġina kif tnissel l-Iben ta’ Alla. L-anġlu ma kienx qed jgħid ċajta. Marija għarfet li dakli l-anġlu kien qed jitkellem dwaru, kien it-twettiq ta’ dak li tgħallmet sa minn ċkunita dwar dak li Alla wiegħed. Dak li likellu jseħħ kient semgħatu iktar minn darba imma kif kellu jseħħ ħadd qatt ma kien issogra jitkellem dwaru. Ħadd ma kien qatt issogra jispejga kif Alla jidħol fl-istorja tal-bniedem u jibdilha, anzi jagħtiha direzzjoni totalment differenti.

It-tielet rejazzjoni ta’ Marija, it-tieni waħda mlissna, ma turix li fehmet kullma ntqalilha iżda turina li fehemt xi tweġiba kellha tagħti. Disgħa u disgħin fil-mija dak li l-anġlu qalilha biex jispjegalha dak li kellha diffikultà fuqu iktar ħawwadha milli għena. Iżda Marija għarfet x’kellha tagħmel; dak li ftit wara qaribitha sejħitilha hienja dwaru: emmnet. U għax emmnet intelqet. Ma ntelqitx bla ħsieb jew għax ma setgħetx tagħmel mod ieħor. Kienet taf li l-għażla hi f’idejha u ddeċidiet li temmen u tafda; għalhekk intelqet. Emmnet bla biża’ u afdat bla dubju.

Din kienet ix-xebba li Alla wiegħed u għażel għalih biex tkisser l-istatwa maħduma minn materjali differenti fil-ħolma tas-sultan fil-kitbiet tal-profeta Danjel. Dak li San Luqa jgħidilna dwarha jitfa’ dawl fuqna li nħarsu ħafna lejha biex tħarisna, imma forsi inqas biex insiru nixbħuha.

Nidraw fil-preżenza ta’ Alla, naħsbu fuq dakli ngħaddu minnu, b’mod sepċjali dak li jgħaddina minnu Alla, ma nitkellmux mill-ewwel u fejn ma nafux u ma nifhmux nammettu. Iżda li jagħmilna ommijiet bħalha huwa li wara li nisimgħu il-kelma li tiġi minn Alla, bla biża’ nemmnuha u bla dubju nafdaw lilna nfusna u nintelqu f’idejh.

Hekk naqilgħu mingħandha l-grazzja li, kif hi daħlet fid-dinja mingħajr tebgħa, aħna noħorġu minnha mingħajr ħtija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: