It-Tnejn, 11 ta’ Diċembru 2017: Fl-2020 se tiġġedded id-dedikazzjoni tal-Ingliterra bħala “dota” lill-Madonna. Dan ħabbru r-rettur tas-Sanwarju ta’ Walsingham.
Monsinjur John Armitage ħabbar dawn il-pjanijiet waqt li kien qiegħed iniedi ktieb tat-talb ġdid. Huwa ħeġġeġ lill-kattoliċi biex jagħmlu novena lill-Madonna ta’ Walsingham u qal li din in-novena tagħti bidu għal-novena nazzjonali ta’ talb għall-pajjiż sabiex tkun għajnuna spiritwali għal meta fil-festa solenni tat-Tħabbira tal-Anġlu, l-Ingilterra ġġedded id-dedikazzjoni tagħha bħala “Dota lill-Madonna”.
L-Ingilterra ilha ġġib dan it-titlu ta’ “Dota lill-Madonna” sa mis-seklu 11. It-titlu jfisser li l-Madonna hija protettriċi speċjali ta’ dan in-nazzjon.
Wara r-Riforma Protestanta, dan it-titlu kien jintuża mill-kattoliċi minn dawk li ma’ aċċettawx ir-Riforma, li kienu jgħixu fl-eżilju. Fl-1893 il-Papa Lhun XIII kien kellem lill-grupp ta’ Pellegrini Ingliżi li marru jżuruh f’Ruma dwar l-imħabba meraviljuża speċjali li kienet tbaqbaq fil-qlub tal-antenati tagħhom lejn il-kbira Omm Alla.
Monsinjur Armitage qal li jittama li permezz ta’ din-novena f’kull rokna tal-Knisja fl-Ingilterra u Wales, il-Madonna ta’ Walsingham tinterċedi bil-qawwa tagħha għal arthom. Dan hu ċans biex jitreġġa’ lura l-wirt spiritwali kbir propju tal-pajjiż li jissejjaħ “id-Dota ta’ Marija”, qal ir-rettur tas-Santwarju.
Miġjub għall-Malti mill-Ingliż minn Joe Huber
That would be fantastic