Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħamis, 14 ta’ Diċembru 2017

L-Evanġelju tal-Ħamis, 14 ta’ Diċembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 11, 11-15

Meta kien fuq is-salib ħasbu li qed jgħajjat lil Elija. Tgħid ma semgħuhx jgħid li diġa ġie, jew insew? Elija ġie u jerġa’ jiġi jemmnu l-Lhud. U jiġi biex jagħti ċans lil min qatt ma ħataf l-opportunità, biex jirrivedi d-deċiżjonijiet li jkun ħa, deċiżjonijiet li tilfulu t-triq. Elija jerġa’ jiġi biex jagħti ċ-ċans lil kull bniedem jerġa’ lura fit-triq tas-sewwa, anke fil-punt tal-mewt. Għax Alla jrid li kulħadd isalva, u anke jekk il-bniedem jaqta’ qalbu minnu nnifsu, Alla ma jaqta’ qalbu minnu qatt.

Il-Lhud kienu jemmnu li Alla fl-imħabba tiegħu jibgħat lill-profeta Elija taħt dehra jew oħra biex, bi ħniena kbira, jagħti l-opportunità lill kull midneb, biex jerġa’ lura minn għemilu, u b’azzjonijiet tajba jirbaħ dak li jkun ingħatalu u tilfu. Hekk ngħidu aħna lil xi ħadd xħiħ, jidhirlu f’form at’ xi ħadd fqir jittallab il-karità biex jagħtih iċ-ċans jgħinu u hekk jifdi lilu nnifsu.

Fi Ġwanni l-Battista, Ġesù jippreżenta lil Alla li jħenn (isem magħżul minn Alla stess li jfisser ‘Alla jħenn’); Alla li bi Ġwanni l-Battista jiftaħ għajnejn dawk li jisimgħuh biex iduru lejh mill-ġdid bil-grazzja taż-żjara li qed issirilhom mill-Iben ta’ Alla nnifsu.

Il-Knisja tqiegħdulna quddiemna llum biex aħna wkoll naħġtfu l-opportunità li t-tifkira tat-twelid ta’ Sidna, tiftħilna għajnejna għaż-żjara li għad trid tiġi.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: