Lezzjonijiet dwar It-Tagħlim Nisrani ta’ Santu Wistin

Print Friendly, PDF & Email

L-Istitut Agostinjan f’tal-Pjetà qiegħed joffri sensiela ta’ tmien lezzjonijiet dwar It-Tagħlim Nisrani (de doctrina christiana) ta’ Santu Wistin. It-trattat hu fost l-iktar siewja ta’ Santu Wistin wara l-Istqarrijiet u l-Il-Belt ta’ Alla.  Huwa wkoll u ta’ siwi kbir għall-għalliema tar-reliġijon, għall-kandidati għas-Saċerdozju, u għal kull min jixtieq jitgħallem jaqra l-Iskrittura Mqaddsa b’iktar profitt.

Il-lezzjonijiet ikunu nhar ta’ Ġimgħa bejn is-6 u t-8pm u ser jingħataw kollha mill-Professur Patri Salvinu Caruana OSA u jimxu fuq it-test ta’ Santu Wistin maqlub għal Malti minnu stess fis-sena 2004. It-test jingħata b’xejn lil kulmin japplika. Il-ħlas għat-8 lezzjonijiet, it-test, in-noti, il-coffee breaks, u ċ-ċertifikat ta’ Attendenza li jingħata wara l-aħħar lezzjoni tal-kors (nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Marzu 2018), hu ta’ €35, koppji jħallsu  €60.

Qabel kull lezzjoni, fis-5.45pm tiġi ċċelebrata l-Ewkaristija.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu nhar sad-19 ta’ Jannar 2018, b’ċekk fuq Professur Patri Salvinu Caruana OSA PO Box 61 Msida PO MSD 1000, jew dak in-nhar tal-ewwel lezzjoni.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply

%d bloggers like this: