Home > Aħbarijiet > Il-Papa fil-Perù

Il-Papa fil-Perù


Il-Ħamis, 18 ta’ Jannar 2018: Il-Papa Franġisku wasal f’Lima, il-kapitali tal-Perù, ilbieraħ filgħaxija.  Din hi t-tielet darba li Papa żar dan il-pajjiż. San Ġwanni Pawlu II kien żar il-Perù darbtejn, fl-1985 u fl-1988.

peruWara l-merħba uffiċjali, ilbieraħ stess il-Papa ltaqa’ mal-President tal-pajjiż biex dalgħodu jibda l-ħidma tiegħu minn kmieni. Qabel telaq miċ-Ċilì, il-Papa sab il-ħin biex iltaqa’ ma’ qraba tal-vittmi tad-dittatur Augusto Pinochet li ħakem dan il-pajjiż fis-snin 70. Il-laqgħa saret fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Lourdes, f’Iquique.

Hector Marin Rosset, kellu lil ħuh Jorge li ta’ 19-il sena, f’Settembru 1978 kien inħataf u nqatel f’din l-istess belt. Hu ta ittra lill-Papa u qallu li għadu jittama li jiltaqa’ ma’ xi ħbieb li kienu għebu f’dawk iż-żminijiet.
Rossett hu l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Familji tal-Vittmi u ta’ vittmi li għebu fi żmien ir-reġim ta’ Pinochet.

Il-kelliem tal-Vatikan, Greg Burke li qed jakkumpanja lill-Papa, qal li Rossett wera l-apprezzament tiegħu lill-Papa Franġisku għall-ħidma tiegħu favur id-drittijiet tal-bniedem u l-ħidma li qed tagħmel il-Knisja fiċ-Ċilì, f’dan ir-rigward.

Fl-ittra tiegħu Rosset fisser l-impenn tal-assoċjazzjoni li jmexxi biex tfittex membri tal-familji ta’ dawk li sparixxew taħt Pinochet u wera t-tama li l-armata u l-Gvern jikkollaboraw f’din il-biċċa xogħol.

Fisser din bħala kruċjata umanitarja li għandha twassal biex dawn il-familji jsibu l-paċi f’qalbhom li tant għandhom bżonn.

Augusto Pinochet kien ħataf il-poter minn idejn Salvador Allende f’Settembru 1973 u baqa’ jmexxi dittatura sal-1990. Hu miet fl-2006.
Wara din il-laqgħa l-Papa telaq lejn Lima fejn se jdum sa nhar il-Ħadd.

Fl-ajruport reġa’ kellu laqgħa qasira mal-President Michelle Bachelet li se ttemm il-ħatra tagħha f’dawn il-jiem.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: