Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Erbgħa, 24 ta’ Jannar 2018

L-Evanġelju tal-Erbgħa, 24 ta’ Jannar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 4, 1-20

Wara ż-żjara li saritlu minn qrabatu li rieduh jeqaf mill-predikazzjoni tiegħu biex jisma’ dak li kellhom x’jgħidulu huma, Ġesù jirrifletti permezz ta’ din il-parabbola – il-bidwi li ħareġ jiżra’ u li fiha jgħidilna x’jiġri miż-żerriegħa. Hija riflesjoni fuq il-kelma li ġie biex iwassal. Hu stess ifisser dak likien qed jgħid. Hu kien jaf x’qed iseħħ, iżda ried lil dawk li jisimgħuh jifhmu huma wkoll.

Il-bidwi ħareġ jiżra u ż-żerriegħa waqgħet fuq art differenti minn oħra. Kull tip ta’ art hija spjegata biex Ġesù ma jħallix dubju dwar daklikien qed jgħid.

L-ewwel ħaġa li toqlotna hi li l-bidwi ried jiżra kullimkien. Mhux jaħdem bl-addoċċ, iżda qed joffri l-opportunità lil kulħadd, li lest li jisma. Ir-rejazzjoni hija differenti u r-rejazzjoni tħalli r-riżultat. Mhux qed jitkellem biss dwar kategoriji ta’ nies, imma wkoll dwar rejazzjonijiet differenti mill-istess individwu jew mill-istess komunità. Daqqa nirrejaġixxu mod u daqqa nirrejaġixxu mod ieħor.

Il-kelma qiegħda hemm dejjem għal kulħadd. Alla ma jaqta’ qalbu minn ħadd u jagħti ċans dejjem lil kulħadd.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: