Home > Aħbarijiet > Il-Ġimgħa Ekumenika 2020 f’Malta

Il-Ġimgħa Ekumenika 2020 f’Malta


L-Erbgħa, 24 ta’ Jannar 2018: Kif ġa konna ħabbarna minn dan is-sit nhar it-Tnejn li għadda, illum kien konfermat uffiċjalment fi stqarrija publikata mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta li s-Santa Sede u l-Kunsill Ekumeniku tal-Knejjes f’Ġinevra għażlu lil Malta biex fis-sena 2020 tkun il-Kapitali tal-Ekumenika Dinjija, bir-responsabbiltà li tħejji t-tema u r-riflessjoni għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara.

curia_01.jpgIl-President tal-Kummissjoni Ekumenika Maltija, Dun Hector Scerri, qal li dan huwa privileġġ kif ukoll responsabbiltà kbira għaliex l-Insara f’Malta u Għawdex ser jaqsmu l-esperjenza tal-vjaġġ ekumeniku tagħhom mhux biss mal-Ewropa imma mal-pajjiżi kollha tad-dinja.

Din is-sena, il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara tintemm għada l-Ħamis, 25 ta’
Jannar 2018, bit-tema ta’ riflessjoni tkun “Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa” (Eż 15:6), li ntagħżlet mill-Knejjes Insara fil-pajjiżi tal-Karibew.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Servizz Ekumeniku Djoċesan fil-Bażilika tat-Twelid
tal-Verġni Marija, l-Isla, il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar. F’dan is-servizz ekumeniku pparteċipaw
Insara minn Knejjes differenti, fosthom il-Kattoliċi, l-Ortodossi, l-Evanġeliċi Luterani,
iċ-Church of England, iċ-Church of Scotland u l-Metodisti.

Fl-introduzzjoni tas-Servizz Ekumeniku l-Arċisqof qal li l-istorja turi li, minkejja t-tbatija kbira, il-Bibbja kienet sors ewlieni ta’ konsolazzjoni u ħelsien. L-Arċisqof qal ukoll li l-Bibbja tkompli tkun sors ta’ konsolazzjoni u ta’ ispirazzjoni għall-Insara, inkluż f’pajjiżi mbiegħda, biex jindirizzaw kundizzjonijiet li qed jheddu d-dinjità tal-bniedem u l-kwalità tal-ħajja.

Is-Servizz Ekumeniku ġie organizzat mill-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana flimkien ma’ Christians Together in Malta (Il-Kunsill Ekumeniku Malti).

 

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: