Dun Simon Sciberras maħtur kappillan fil-parroċċa tal-Imsida

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd, 4 ta’ Frar 2018: L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. Dun Simon Sciberras bħala l‑Kappillan tal‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, l‑Imsida.

simon.jpgDun Simon Sciberras twieled fl‑14 ta’ Ġunju 1969. Irċieva l‑edukazzjoni primarja tiegħu fl‑iskola ta’ St Joseph, Tas‑Sliema, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Stella Maris, il‑Gżira, u l‑edukazzjoni post‑sekondarja fil‑Kulleġġ Ġan Franġisk Abela, l‑Imsida. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta.

Dun Simon ġie ordnat saċerdot   fit‑2 ta’ Lulju 1999. Beda l‑ħidma pastorali tiegħu fil‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, l‑Imsida, fejn serva bħala viċi kappillan għal erbatax‑il sena. Fl‑2013 inħatar rettur tal‑Knisja ta’ Kristu Rxoxt (Tal‑Erwieħ), Ħal Tarxien.

Il‑Parroċċa tal‑Imsida tiġbor fiha madwar 8,500 persuna f’2,400 familja.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply

%d bloggers like this: