Il-Motto u l-istemma tal-Isqof maħtur Monsinjur Alfred Xuereb


Il-motto episkopali
Bħala motto episkopali tiegħu, Mons. Xuereb għażel il-frażi bil-Latin meħuda mill-Vanġelu ta’ San Ġwann, kap. 17, vers 21: “Ut unum sint”. It-traduzzjoni għall-Malti hija: “Ħa jkunu lkoll ħaġa waħda”. Dan huwa l-kliem li Ġesù jgħid bħala talba lill-Missier fl-Aħħar Ikla sabiex wara mewtu d-dixxipli jibqgħu magħquda fil-Ġisem mistiku tiegħu li hu l-Knisja. 

Fil-qosor tiegħu dan il-vers jesprimi biċ-ċar il-missjoni tan-Nunzji Appostoliċi mibgħutin
mill-Papa madwar id-dinja. Huma msejħa biex bil-ħidma tagħhom il-Knisja Kattolika
tkompli tissaħħaħ fl-għaqda mas-Suċċessur ta’ Pietru u l-popli jersqu iktar lejn xulxin fil-paċi u l-ftehim.

Interpretazzjoni tal-istemma episkopali

L-istemma tan-Nunzju Appostoliku l-Arċisqof Mons. Alfred XuerebPeress li Mons. Xuereb ġie elett bħala Arċisqof, fl-istemma naraw is-sinjali karatteristiċi ta’ stemma arċiveskovili: il-kappell aħdar b’għoxrin ġummiena u s-salib partijarkali b’żewġ dirgħajn orizzontali n-naħa ta’ fuq tal-istemma.

Fil-parti ewlenija tal-istemma hemm is-Salib ta’ Malta, li jfakkar l-oriġni Maltija ta’ Mons.
Xuereb. Dan jinsab fuq sfond lewn id-deheb, lewn li peress li hu l-ewwel wieħed mill-
metalli, hu tradizzjonalment assoċjat mal-ewwel virtù, il-Fidi. Fil-ġnub tan-naħa ta’ fuq hemm żewġ simboli fuq sfond aħmar meħuda mill-istemmi pontifiċji taż-żewġ Papiet li tagħhom Mons. Xuereb kien Segretarju: l-imħara mill-istemma tal-Papa Benedittu XVI, u x-xemx tal-Kumpanija ta’ Ġesù mill-istemma tal-Papa Franġisku.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.