Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Erbgħa 7 ta’ Marzui 2018

L-Evanġelju tal-Erbgħa 7 ta’ Marzui 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 5, 17-19

Waqt li Ġesù kien qed jitkellem man-nies fuq il-muntanja, ma nistgħaġbux li seta’ kien hemm min, anke fost id-dixxipli tiegħu, li, issa li ġie dan ir-rabbi ġdid b’messaġġ daqshekk radikali, u jagħmlilhom kumplimenti bħal, intom il-melħ tal-art u intom id-dawl tad-dinja, kien hemm min ħaseb li seta’ jagħmel li jrid, seta’ jiddeċiedi hu x’jobdi jew x’ma jobdix, x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Hawn min għadu jirraġuna hekk illum ukoll.

Illum ukoll insibu min jittimbra lil Kristu skont l-aġenda tiegħu, moħbija u mhix; Kristu radikali u Kristu konservattiv, Kristu s-sultan u Kristu l-Qaddej, Kristu s-soċjalist u Kristu l-imħeġġeġ għal pajjiżu, anke Kristu li ġie biex jaqleb kollox ta’ taħt fuq. Mela la għamel hekk hu, nagħmlu bħalu aħna wkoll. Minnu nagħżlu li nisimgħu f’dak li jaqbel lilna jew jiġġustifika s-sitwazzjoni tagħna llum, hi x’inhi. L-argumenti kollha nġibu u nidhru li għandna raġun.

Iżda d-diskors ta’ Ġesù f’kapitlu 5 tal-Evanġelju ta’ San Mattew, ma jieqafx hemm. Lanqas ma jieqaf hemm l-Evanġelju, l-aħbar it-tajba tiegħu. Eżatt wara din is-silta Ġesù jitkellem dwar dakli ntqal fl-imgħoddi u dak li qiegħed jgħid hu, diskors li ma tantx idoqq lil ħafna. Ġesù qatt ma jidher li kellu ntenzjoni li jgħid li kulħadd jagħmel li jiftillu. Hu ġie mhux biex ineħħi l-liġi iżda biex iwassalha għall-milja tagħha, biex tilħaq l-għan li għalih ħarġet minn fomm Alla. Il-poplu Lhudi kesa’ l-liġi ta’ Alla b’tant liġijiet oħra li lanqas biss ħalliha tingħaraf; bit-tgħawwiġ tal-liġi u l-ħolqien ta’ liġijiet u regolamenti oħra, għamel mil-liġi piż li jaqdi lill-bnedmin iktar milli jressaq lill-bniedem lejn Alla. L-Appostlu Missierna, jgħid ċar u tond li l-kelma tal-liġi toqtol, imma l-Ispirtu ta’ Alla, li ta b’imħabba l-liġi, jagħti l-ħajja, jaħji.

Hu stess qed jgħid li ġie biex il-liġi tilħaq il-qofol tagħha, biex tkun ta’għajnuna għall-poplu tiegħu bie xjilħaq il-perfezzjoni, il-qdusija. Qaddisin tkunu għax qaddis jien il-Mulej, Alla tagħkom. Il-liġi li ġie biex jipperfezzjona Ġesù taqta’ ħafn aktar fil-fond fil-laħam il-ħaj tal-ħajja tal-bniedem li jwiegħed li jgħixha. Mhix liġi li tirregola l-qoxra imma r-ruħ. Il-konverżjoni li ppriedka Ġesù, ma kienetx sempliċi tagħmilx hekk jew għamel mod ieħor; hija konverżjoni li titlob bidla mill-għeruq, bidla tal-qalb, li tagħti widen għall-ġibda qawwija li r-ruħ tħoss, mas-smiegħ tal-kelma, biex tingħaqad u ssir ħaġa waħda ma’ Alla.

Għax il-liġi ta’ Alla ma turinix wisq x’għandna nagħmlu, iżda x’jagħmel Alla, kif jgħix Alla, u stedina mill-qalb tiegħu biex nadottawha u ngħixu biha. Il-qofol ta’ dan joħroġ ċar daqs il-kristall fuq il-Kalvarju fuq biċċtejn injam imwaħħla flimkien. Hemm m’hemmx ubbdjenza għal liġi maħluqa mill-bnedmin imma għotja li hija riżultat tal-ħajja f’Alla, ma’ Alla u għal Alla.

Ix-xewqa li tissieħeb ma’ Alla huwa l-għan tal-liġi, li ssir tixbaħ lil Alla hija l-milja tagħha, għax meta dan iseħħ il-liġi m’hemmx iktar ħtieġa tagħha. Hemmhekk tkun il-perfezzjoni. Hemmhekk tkun il-qdusija għax Qaddis hu il-Mulej, Alla tagħna.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: