L-Evanġelju tas-Sibt 17 ta’ Marzu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 7, 40-53

Dan se jkun sinjal li jmeruh. Dan se jkun sinjal li juri li l-bniedem jista’ jitqarraq ukoll bil-qerq tiegħu stess. Il-qerq fil-qalb tal-bniedem inissel is-siġra tal-mibgħeda li twasslu biex jinqata’ mill-verita u jemmen il-gideb u l-qerq li hu stess ikun ħoloq u rawwem. Il-qerq inissel dubju fejn m’għandux ikun; iċaqlaq l-attenzjoni minn fejn għandha tkun u jitfagħha fejn hemm id-dgħajjef, fejn il-bniedem hu preġudikat u mmexxi biss mill-emozzjonijiet bla bażi u hekk jgħatti l-verità bil-gidba, mingħalih li jkun qeridha.

Veru dan jgħid kliem sabiħ, jidher rasu fuq għonqu, kliemu jispirak u jqanqlek imma dan ma jista xikun profeta għax il-profeti m ajiġux mill-Gallilija, hemm Alla ma jaħdimx, Alla għandu l-uffiċċji fil-Lhudija, qalb l-għorrief bil-kejl tal-art. Fittxu fl-imgħoddi u taraw kif għandkom żball. Il-mexxejja hekk ippridkaw u rnexxilhom iċajpru dak li kien jgħid Ġesù bid-dubju dwar il-post minn fejn kien ġej u tellfulu l-kredibiltà.

Il-qigħa tisħon sewwa u isem Ġesù jidher li qed jidher kuljum b’tipa grassa fuq il-faċċati ewlenin tal-gazzetti ta’ żmienu. Imma fil-faċċatai tal-gazzetti ma jidhirx dak li jgħid hu, min tassew hu, iżda x’jgħidu fuqu u dwaru, x’jirrapurtaw li qal u x’jgħidu li jagħmel. Imma n-nies ta’ żmien Ġesù bħan-nie sta’ żmienna, il-gazzetti taqra u temmen. Qajla xi ħadd jindenja ruħu jistaqsi dwar il-verità ta’ dak li qed intqal jew jinkiteb. Ix-xniegħa tiġri u tqabbad kull ħuxliefa li ssib fi triqtha u d-dubju miżrugħ minnha, jitwemmen u jsir il-verità l-ġdida, il-leġġenda tal-bliet issir ir-rejaltà taż-żmien u kulħad djinżel għarrkopptejh quddiemha.

Iżda s-suldati mibgħuta biex jaqbdu lil Ġesù jiġihom dubju dwar l-akkuża li marru biha f’idejhom biex jarrestawh. Is-suldati, li ġejjin mnn ġewwa u jafu l-istituzzjoni x’tagħti, kif taħdem u x’inhu l-għan tagħha, jaslu biex ma jobdux l-ordnijiet li ġejjin mill-istituzzjoni li tagħha hum al-qaddejja fidili. Qatt ħadd ma tkellem bħal dan il-bniedem. Kliemu kien biżżejjed biex jagħrfu l-qerq miżrugħ kontrih; kliemu kien biżżejjed li filwaqt li n-nies kien qed jiddubitaw u ma jabqlux dwar minn fejn kine ġej minn fuq din l-art, huma ssuspettaw li kliemu kien ġej minn x’imkien ieħor u ma ssugrawx imiddu idejhom fuqu. Jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta’ ħafna u dawk li kienu l-ewwel jiġu l-aħħar u dawk li kienu l-aħħar jiġu l-ewwel.

Nikodemu lanqas ħelisha ħafif. Ipprova jiddefendih u ma rnexxilux qabel ipprova jkeffnu u rnexxielu. Huma, li jew ma kienux jafu jew kienu jafu u għattew il-fatti dwar minn fejn kien ġie u iben min kien, akkużaw lil Nikodemu b’favoritiżmu. Hu li, suppost kien jaf il-liġi bħalhom, kien qed ikun mgħomi bil-ġibda lejn pajjiżu. Jekk ma nirbaħlekx bl-argumenti nkissrek billi noffendik u ninsulentak. Kas klassiku tal-għama li jakkuża lil min jara li hu giddieb meta jgħid li hemm id-dawl u hemm il-kuluri. Imma ħaġa tal-istgħaġib, in-nies temmen lill-għama mhux lil min jara.

San Ġwann jagħlaq din is-silta, bl-iżolament tal-qarrieqa. Il-qerq tagħhom jifridhom. U wieħed wieħed telqu lejn djarhom.  Hemm piż f’din is-sentenza, hemm toqol. Il-laqgħa ma twaqqfitx iżda żżarmat. Forsi l-kuxjenza tagħhom, għal dakinhar tqalet wisq biex tħallihom ikomplu jgħaffġu u jgħaġnu l-qereq tagħhom.  Hi x’inhi r-raġuni, jibqa’ l-fatt li li min mhux miegħu huwa kontra tiegħu u min hu kontra tiegħu jitkisser u jitfarrad. Hemm dlam qerriedi, mhux id-dlam tal-lejl li jġib miegħu il-mistrieħ, iżda d-dlam tal-lejl li jostor il-passi li jnisslu l-konfużjoni, mhux biss f’min il-qere jolqot imma anke f’min joħlom bih u jnisslu.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.