Aħbarijiet

Dar Ġużeppa Debono żammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha


Is-Sibt 17 ta’ Marzu 2018: Nhar l-Erbgħa li għadda, Dar Ġużeppa Debono żammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha li matulha preżentat rapport ta’ ħidmietha flimkien mar-rapport finanzjarju għas-sena 2017.

20180314_182335.jpgIċ-Chairman Karl Wright qal li fl-aħħar xhur Dar Ġużeppa Debono għaddiet minn proċess ta’ tiġdid li matulu evalwat il-missjoni tagħha u kif din tista’ tkun iżjed rilevanti għaż-żmien tal-lum. Wright spjega li d-Dar ġabret il-forzi biex isservi l-istess missjoni tagħha b’inizjattivi li jirriflettu ideat ġodda. Dan minbarra inizjattivi li jibnu fuq oħrajn passati, inkluż il-preżenza u l-kampanji edukattivi fl-iskejjel. Bħala parti minn dan il-proċess, daħlu fis-seħħ ukoll bidliet interni fil-Bord tad-Diretturi tad-Dar, b’individwi minn oqsma differenti u ħiliet li jvarjaw mill-amministrattiv u dak li hu maniġerjali għal ħiliet fil-kamp mediku, f’dak psikoterapewtiku u saħansitra dak edukattiv u akkademiku li jinkludi l-aspett tar-riċerka.

Biex tagħmel ċert li tkun tista’ toffri s-servizz tagħha meta jintalab, Wright ħabbar li Dar Ġużeppa Debono fasslet ukoll struttura maniġerjali u operattiva ġdida billi, wara proċess ta’ sejħiet ta’ interess, hija evalwat l-applikazzjonijiet u ħatret amministratur u care-worker li se jibdew b’ħidmiethom f’April 2018.

Iċ-Chairman ta’ Dar Ġużeppa Debono temm jenfasizza l-ħtieġa li d-Dar taħdem għas-sostenibbiltà tagħha stess billi, fost affarijiet oħra, iżżid il-viżibiltà pubblika u l-attivitajiet tagħha u tutilizza aħjar l-ispazju fiżiku tal-binja li topera minnha f’Għajnsielem.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali saret fid-Dar stess. Wara introduzzjoni u mument ta’ talb, ngħatat ħarsa lejn il-mixja tad-Dar tul is-snin u l-viżjoni għall-ġejjieni u kien ippreżentat ukoll ir-rapport ta’ ħidma flimkien mal-infieq u d-dħul finanzjarju tad-Dar tul l-2017.

Il-Laqgħa kienet indirizzata wkoll minn Maria Attard, fundatriċi ta’ Dar Ġużeppa Debono, li qasmet ma’ dawk preżenti l-esperjenza li għamlu riċentament hi u Matthew Bartolo, membru ieħor tal-Bord tad-Diretturi, fil-Gwatemala.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali ngħalqet mill-E.T. Mario Grech, Isqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex, li ta l-messaġġ mehmuż.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s