Archbishop Emeritus Paul Cremona OP

“ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (5)


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

It-tieġ ta’ Kana: Ġw 2,1-12.

• F’xi mument – għalkemm ma jissemmiex fil-Vanġelu – Ġesu’ jitlaq lil daru u lil ommu biex jibda l-missjoni afdata lilu minn Alla l-Missier li jxandar l-Aħbar it-Tajba. Min jaf x’kienet tfisser din il-firda għal Marija – bħalma l-ġenituri meta uliedhom ikollhom jitilqu d-dar biex jiżżewwġu, biex isegwu sejħa reliġjuża u saċerdotali, jew isiefru.

Mgr Paul Cremona OP• Marija u Ġesu’ kienu mistednin għal tieġ f’Kana tal-Galilija. L-għarajjes naqsilhom l-inbid. Kienet Marija li avżat lil Ġesu’ b’dan. Hawn nistgħu naraw ir-relazzjoni sabiħa li kien hemm bejn Marija u Ġesu’. Il-kelma ta’ Marija kienet biss “M’għandhomx inbid”. It-tweġiba tiegħu tidher ħarxa. Iżda mir-riżultat tidher li kienet biex turi aħjar il-qawwa tal-interċesjoni tagħha fuqu: “X’hemm bejni u bejnek mara? Is-siegħa tiegħi għada ma waslitx.” It-tweġiba ta’ Marija kienet ċerta mill-qawwa li kellha quddiem Ġesu. Mhux “Jekk jgħidilkom xi ħaġa agħmluha”, iżda “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu”.

• Dan kien l-ewwwel miraklu li għamel Ġesu’ bħala sinjal tal-missjoni tiegħu. Hu ddedikaħ lil ommu Marija. Forsi Ġesu’ qal dawk il-kelmiet biex jurina il-qawwa tal-interċessjoni tal-Madonna. Huwa tahielna biex nitolbuha tidħol għalina fil-ħtiġijiet tagħna.
Marija tiltaqa’ ma’ binha Ġesu’: Mt 12, 46-50.

• Għalkemm Marija bierket lil Binha Ġesu’ meta telaqha għall-missjoni tiegħu, u ħalliha armla weħidha, żgur li bħal kull omm, hija kellha xewqa kbira li terġa’ tara lil Ġesu’. X’aktarx li kien hemm xi drrabi oħra li marret tfittxu, iżda il-vanġeli jġibu laqgħa waħda biss.

• Ġesu’ kien qiegħed ikellem lin-nies. Ġie xi ħadd jgħidlu li “ommu u ħutu” (xi wħud jiġu minnu: fl-aramajk jew bil-lhudi; Ġen 29,15; Lev 10,4; 1 Kron 23,22f). qegħdin barra jfittxu li jkellmuh. It-tweġiba tiegħu kienet: “Min hi ommi? U min huma ħuti?”. Idur lejn id-dixxipli u jgħidilhom: “Dawn ara, huma ommi u ħuti. Għax kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti u ommi”.

• Ġesu’ kien iħobha ħafna lil ommu: żgur ma kienx irid jonqosha. Ġesu’ ried jagħtina dawl fuq ir-relazzjoni tiegħu magħha. Hu qiegħed jgħidilna għaliex hija importanti ommu, mhux għax kienet fiżikament ommu, iżda għax għamlet ir-rieda ta’ Alla Missieru li hu fis-smewwwiet. Ġesu’ ried jgħallimhom li ommu mhux se tfixklu b’xi privileġġ speċjali u ttellfu milli jagħmel il-missjoni tiegħu mal-poplu.

• Hemm post ieħor fejn Ġesu’ jitkellem fuq ir-relazzjoni tiegħu ma Ommu Marija (Lq 11,27.28). Ikun hemm mara li tfaħħar lil Marija għaliex kienet fiżikament ommu: “Ħieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt”. Ried jgħidilha li dik setgħet kienet kull mara. Iżda Marija ntagħżlet għaliex semgħet il-kelma ta’ Alla u ħarsitha. Dan kien il-veru ferħ tal-Madonna, u allura anki aħna rridu nsibu l-ferħ tagħna billi nisimgħu l-kelma ta’ Alla u nħarsuha.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s