Aħbarijiet

Suor Annie Demerjian tirringrazzja lill-Poplu Malti tal-ospitalità u l-ġenerożità li wera magħha


It-Tlieta 20 ta’ Marzu 2017: Suor Annie Demerjian li kienet mistiedna f’Malta mill-Aid to the Church in Need (Malta), esprimiet ir-ringrazzjament tagħha għall-merħba li rċeviet mingħand il-poplu Malti.

CaptureSuor Annie Demerjian kienet il-kelliema ewlenija matul in-Night of Witness li saret nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Marzu 2018 fil-Knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan. Hi tat ix-xhieda kommoventi tagħha u l-esperjenzi tagħha fis-Sirja fejn tgħin lil ħafna vittmi Sirjani li tilfu kollox minħabba l-gwerra. Il-gwerra issa tinsab riesqa lejn it-8 sena tagħha. Ħafna minn dawk li attendew offrew donazzjonijiet ġenerużi biex jgħinu lil Suor Annie tkompli twettaq il-ħidma umanitarja tagħha fis-Sirja.

Sr Annie Demerjian.jpgWara li wriet ix-xewqa li tiltaqa’ u ssir taf lill-poplu Malti, Suor Annie kellha l-opportunità żżur xi parroċċi u skejjel matul iż-żjara tagħha f’Malta. Waqt li tkellmet dwar l-esperjenza tagħha f’Malta, qalet li kienet “kommossa bl-akkoljenza u l-ġenerożità tal-poplu Malti.”

Waqt in-Night of Witness Suor Annie Demerjian talbet lill-poplu Malti biex jingħaqad flimkien magħha u jitlob għall-poplu kollu tas-Sirja li jinsab mifni mill-gwerra. Hi kwotat lil San Pawl: “jekk membru jbati, ibatu lkoll miegħu;” (ara 1Kor: 12:26). Hi qalet li dak li qed jiġri fis-Sirja jaffettwa lilna lkoll. Ħeġġet ukoll lill-Poplu Malti sabiex jiftakar fit-talb tiegħu f’ħutu Kristjani, li minbarra li għaddejjin mill-orrur tal-gwerra, sofrew ukoll persekuzzjoni taħt l-ISIS.

Il-bieraħ filgħaxija, Suor Annie Demerjian marret Ruma. Wara li tqatta’ ftit jiem fl-Italja flimkien mal-Kongregazzjoni tagħha, Suor Annie ser terġa’ lura f’Damasku fejn bħalissa hija tinsab bbażata.

Dawk li jixtiequ jgħinu lil Suor Annie Demerjian fil-ħidma tagħha fis-Sirja jistgħu jibgħatu cheque f’envelopp u jindirizzawh lil: “ACN (Malta)” u jiktbu “Appell tas-Sirja” u jindirizzawh lill-ACN (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038. Tista’ wkoll tagħmel donazzjoni permezz ta’ trasferiment bankarju lil APS Bank, kont nru. 2000 1771 733.

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s