Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħamis 22 ta’ Marzu 2018

L-Evanġelju tal-Ħamis 22 ta’ Marzu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 8, 51-59

Biex iħaġġru lil Ġesù kellhom ħażna ġebel fit-tempju wkoll. Meta ndunaw li, miegħu ma setgħux jieħud pallju, għax kellu raġun, riedu jħaġġruh. Kliemu sar dagħwa, offiża diretta lil Alla. Quddiem il-kliem tiegħu il-gidba likienu jgħixu saret mibgħeda u ma qiesu xejn li fit-tempju kienu se joqtlu lil xi ħadd kif kien inqatel mill-barranin, snin qabel, wieħed mill-profeti, jipprofanaw id-dar ta’ Alla biex jiddefendu l-ġieħ tiegħu.

Quddiem il-kliem ta’ Ġesù, il-maskra taqa’ u l-qalb vera toħroġ. Quddiem il-preżenza ta’ Alla ma jibqgħux jiswew ir-reċti u t-taparsiżmi; kollox joħroġ fil-beraħ. Aħna m’għandniex sultan ħlief lil Ċesari, jgħidu lil Pilatu, imma s-sultan Ċesari tagħhom ma kienx dak li kien Ruma, imma dak li kien hemm f’qalbhom u f’moħħhom, l-istess Ċesari li llum jgħammar f’qabna u f’moħħna: jien is-sultan ta’ ħajti u ħadd ma hu sultan iktar ħliefi. Sakemm għandna l-istess, sultan jingħaqad ma’ ieħor; kif dak l-għadu ma jibqax iktar jgħaqqadna ninfexxu nattakkaw sa ma neqirdu lil xulxin.

F’dan id-diskors tiegħu fit-Tempju Ġesù juri min tassew hu; l-attakk fuq l-identità tiegħu jisfa fix-xejn. Qabel ma kien Abraham ‘Jiena Hu’. Il-bniedem jisbel quddiem il-preżenza ta’ Alla, għax Alla huwa d-dawl li jikxef kull qerq, anke dak li bih inqarrqu lilna nfusna. Meta nagħrfu li qed ngħixu gidba li fassalna aħna stess, kull sens ta’ difiża jaqa’ insiru vjolenti u aggressivi għax quddiem din il-preżenza, inħossuna mikxufa, vulnerabbli u mhedda, inħossuna għarwenin u għalhekk nattakkaw b’qawwa ikbar anke lill-preżenza ta’ Alla. l-identità tiegħu ma theddidx l-identità tagħna, iżda toroġha fil-beraħ. Nitbissmu kemm nitbissmu, nidħku kemm nidħku, it-tbissim tagħna jixhed il-biża’ u d-daħk huwa diwi ta’ nċertezza.

Għal darb’oħra Ġesù ma jgħajjatx, ma jċanfarx, iżda jiddiskuti, konvint minn dak li qed jgħid; dan jitkellem bis-setgħa mhux bħall-oħrajn li jitkellmu fuq dak li qraw li kiteb dak li qara dwaru ħaddieħor. Ġesù, bil-konvinzjoni tiegħu li ġejja mill-imħabba kbira li għandu anke lejn min jattakkah, jibqa’ jittama li leħnu jkisser is-swar li l-bnedmin jibnu madwar qalbhom u jinfed fil-qalba tal-qalb ta’ min jisimgħu. Għalhekk bata u għalhekk issallab.

San Ġwann ma juriniex lil Ġesù vittma taċ-ċirkustanzi jew tal-mibgħeda jew tal-għira iżda jurina lil Ġesù sultan li jħobb u jittama dejjem għax hu x-xhud ewlieni tal-verità li ġie biex iwassal: l-imħabba bla tarf u bla kundizzjoni ta’ Alla għall-bnedmin.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: