Ġenerali

L-10 Kmandamenti għas-sewwieqa


Fid-dawl tal-inċidenti traġiċi fit-toroq tagħna li jum wara l-ieħor, qegħdin, sfortunatament, iseħħu ġbarna dawn il-linji gwida minn dokument tal-Knisja li jitkellem fost ħwejjeġ oħra dwar is-sewqan. Kien publikat mill-Vatikan fid-19 ta’ Ġunju 2007. 

61. Fi kwalunkwe każ, mat-talba lis-sewwieqa sabiex jeżerċitaw kull virtù, fassalna “dekalogu” speċjali għalihom, b’analoġija mal-Għaxar Kmandamenti tal-Mulej. Dawn huma mniżżlin hawn taħt, bħala turija ta’ kif wieħed għandu jaġixxi, però wieħed irid iqis li dawn jistgħu jiġu formulati wkoll b’mod differenti.

  1. La toqtolx.
  2. It-triq għandha tkun għalik mezz ta’ komunjoni bejn il-popli u mhux kaġun ta’ periklu mortali.
  3. Il-korteżija, fehma soda u l-prudenza jgħinuk sabiex tegħleb ġrajjiet mhux mistennija.
  4. Kun karitatevoli u għin lill-għajrek meta hu fil-bżonn speċjalment ma’ dawk vittmi ta’ xi aċċident.
  5. Il-karozzi m’għandhomx ikunu għalik turija ta’ poter, ħakma fuq ħaddieħor u okkażjoni ta’ dnub.
  6. Bi mħabba ikkonvinċi liż-żgħażagħ u anke lil dawk li mhumiex, biex ma jsuqux meta huma ma jkunux f’kondizzjoni li jagħmlu dan.
  7. Agħti min-naħa tiegħek kull għajnuna lill-familji tal-vittmi kawża ta’ aċċident stradali.
  8. Ressaq lejn xulxin u iġbor flimkien lis-sewwieqa ħatja u l-vittmi li huma kkaġunaw,
    meta jkun il-waqt, sabiex huma jgħaddu mill-esperjenza ħelliesa li ġġib magħha il-maħfra.
  9. Meta tkun qed issuq, ipproteġi lil dik il-parti l-iżjed vulnerabbli.
  10. Kun responsabbli lejn l-oħrajn..

Ref:- https://web.archive.org/web/20070930023615/http://212.77.1.245/news_services/bulletin/news/20451.php?index=20451&po_date=19.062007&lang=en#PART ONE THE PASTORAL CARE OF ROAD USERS

Miġbura minn Louis Spiteri

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s