Archbishop Emeritus Paul Cremona OP

“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?” IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (9)


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Is-Sagrament taż-żwieġ  

Il-Knisja, fuq dawn is-sinjali kollha, tiċċelebra ż-żwieġ bħala sagrament, jiġifieri li l-Mulej qed jagħti lir-raġel u lill-mara il-grazzja u kull għajnuna biex jgħixu iż-żwieġ skont il-pjan tiegħu ta’ Imħabba.  

Mgr Paul Cremona OPDan hu l-uniku sagrament li l-ministru mhuwiex is-saċerdot, iżda l-għarajjes stess: huma jagħtu l-grazzja taż-żwieġ lil xulxin. Is-saċerdot qiegħed hemmhekk f’isem il-Knisja. Bħal kull impenn ieħor, (per eżempju kuntratt ta’ xogħol, jew kuntratt ta’ bejgħ u xiri) dan jiġi mmarkat minn mument fejn dan l-impenn jiġi miftiehem u ffirmat. Ma jistax ikun li ma jkunx hemm mument fejn iż-żewġ għarajjes jimmarkaw ukoll il-mument speċifiku tal-żwieġ tagħhom meta jwegħdu li sejrin ikunu fidili lejn l-impenn. Ma nistgħux nippretendu li dan isir f’kull kuntratt ieħor, u mhux fil-wegħda tal-impenn fiż-żwieġ. X’aktarx li min ma jkunx irid dan il-mument ikun għaliex ma jkunx daqshekk ċert, u allura jippreferi li jagħżel b’liberta’ x’jagħmel skont iċ-ċirkustanzi.

Bħal f’kull sagrament, (il-Magħmudija, l-Ewwel Tqarbina, il-Griżma tal-Isqof), iż-żwieġ ma jikkonsistix biss filli nuru r-ritratti tat-tieġ. Huwa bħal kull pjanta: f’kull mument trid tissaqqa  bl-imħabba u t-talb, biex din il-grazzja tibqa’ ħajja fihom. Jekk ma nsaqquhiex inkunu ħallejna il-pjanta tal-grazzja li rċevejna fis-sagrament tinxef.

Il-koppja jagħmlu din il-wegħda lil xulxin quddiem Alla: “Inwiegħed li nżomm ruħi fidil/fidila lejk, fir-riżq it-tajjeb u l-ħażin, fil-mard u fis-saħħa, u nħobbok u nirrispettak tul ħajti kollha”. Hija stqarrija li qed tgħid li xejn mhu se jfixkilhom milli jibqgħu jħobbu  u jirrispettaw lil xulxin ħajjithom kollha. Dan ifisser li f’kull ċirkustanza huma se jibqgħu jagħżlu l-imħabba bejniethom fuq kollox.

Qabel din il-wegħda is-saċerdot jagħmel il-mistoqsijiet li juru it-tliet valuri meħtieġa biex żwieġ ikun validu: “Iva, ġejna minn rajna mingħajr ma ġegħilna”; “lesti li nħobbu u nirrispettaw lil xulxin tul ħajjitna kolha”; “lesti li nilqgħu mingħand Alla l-ulied li jogħġbu jibgħatilna, u nrabbuhom skont il-Liġi ta’ Kristu u tal-Knisja tiegħu”. (Il-Knisja għandha t-tribunal  biex jistħarreġ u jara u jiddeċiedi jekk kienx hemm dawn il-kundizzjonijiet fil-mument tal-kunsens. Jekk ma kenux hemm, it-Tribunal jiddikjara li dan it-tieġ qatt ma kellu jsir, u allura tiddikjarah ‘null’, jiġifieri ma kienx validu).

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s