VJAĠĠ APPOSTOLIKU FIL-VENEZUELA,
ECUADOR, PERÙ, TRINIDAD-TOBAGO
ĊELEBRAZZJONI MAS-SAĊERDOTI U R-RELIĠJUŻI F’CARACAS
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
It-Tnejn, 28 ta’ Jannar 1985
“Ruħi tfaħħar il-kobor ta’ Alla, Salvatur tiegħi” (Lq 1, 46-47).
1. Dan il-kliem tal-kantiku tal-Verġni Marija, li xandarna, isiru fija ringrazzjament lill-Mulej u ferħ profond, fil-laqgħa tiegħi magħkom, għeżież tiegħi saċerdoti, seminaristi, reliġjużi irġiel u nisa, novizzi maskili u femminili, membri tal-Istituti sekulari, li intom parti magħżula fil-Venezwela.
Dan il-kliem tal-Magnificat huwa wkoll il-kantiku tagħkom ta’ benedizzjoni lil Alla f’din il-laqgħa, li fiha Kristu huwa preżenti fostna (cf. Mt 18, 20), waqt li jilqà r-ringrazzjament tagħkom għad-don tal-vokazzjoni tagħkom fil-Knisja, il-Papa wkoll ifaħħar lill-Mulej u salvatur. U l-gratitudni lejkom ilkoll, l-eqreb u kollaboraturi mpenjati tal-isqfijiet, intom li b’entużjażmu maġġuri ħdimtu fil-missjoni preparatorja ta’ dan il-vjaġġ papali.
2. Waqt li nara l-preżenza numeruża u naħseb fl-aħwa kollha li tirrapreżentaw, waqt li nikkonsidra tant frott ta’ perseveranza fid-dedikazzjoni ekkleżjal, ruħi tgawdi fil-Mulej. Għaliex huwa intom l-ħbieb u konfidenti ta’ Ġesù Salvatur. Intom ix-xhieda ta’ passat fertili ta’ evanġelizzazzjoni fil-Venezuela, fejn ma naqsux x-xhieda eminenti tal-fidi fi żminijiet diffiċli: isqfijiet bħal Ramón Ignacio Méndez, Silvestre Guevara y Lira, Salvador Montes de Oca, li ħallsu bl-eżilju il-fedeltà infranġibli tagħhom. Saċerdoti u reliġjużi, promuturi ta’ kongregazzjonijiet ġodda, bħall-arċisqfijiet Juan Bautista Castro u Antonio Ramón Silva; u fundatriċi li ħallew warajhom il-fwieħa tal-virtù skwiżitament nisranija bħall-madre Candelaria, madre Emilia u madre Maria de San José.
Intom b’mod speċjali l-operaturi u l-operatriċi tal-għelieqi tad-dwieli tal-Mulej fil-mument attwali tal-ħajja tal-Knisja, indikat minn tant kulturi ta’ rinnovament spiritwali, u sadattant bżonnjuż ta’ tant ġenerożità, ta’ tant qdusija fis-saċerdoti u fir-reliġjużi rġiel u nisa u fil-membri tal- Istituti sekulari, biex ikunu soprannaturalment effettivi fid-dmirijiet tal-apostolat hekk vasti u diffiċli.
Intom ukoll – u dan ngħidu b’enfasi speċjali għal dawk l-iktar żgħażagħ fostkom – il-futur mimli tama ta’ din il-Knisja li tefgħet ħarsitha fil-futur, f’opra mġedda ta’ xhieda evanġelika, issa li ninsabu nħejju biex niċċelebraw il-ħames ċentinarju tal-evanġelizzazzjoni tal-Amerika.
Din il-ħarsa li trid tħaddan l-imgħoddi, il-preżent u l-futur, tispira ruħha hija wkoll mill-kantiku tal-Magnificat li ddikjarajna. Hija l-Verġni Marija li tistedinkom biex tqisu l-istorja bħala avventura ta’ mħabba li fiha Alla jżomm il-wegħdi tiegħu u jittrijonfa bil-fedeltà tiegħu Storja li fiha Alla jitlobna, bħala knejjes lill-Verġni, li nkunu allejati tiegħu, kollaboraturi tiegħu, biex inkunu nistgħu nwettqu l-pjan tiegħu ta’ salvazzjoni ta’ ġenerazzjoni f’ġenerazzjoni. Dan jesiġi li aħna nwieġbu lil Alla, bħal Marija, b’“fiat” totali u rremovibli.
3. Il-Verġni Fidila tistedinna llum biex inqisu l-meravilji li opera fikom l-Omnipotenti (cf. Lq 1, 49). Grazzja komuni li tiffjorixxi f’kull wieħed u waħda skont il-vokazzjoni u l-kariżma propja, jiffraterniżżakom u jgħaqqadkom. Ilkoll kontu msejħin fi Kristu. Il-vokazzjoni ffjorixxiet f’ħajjitkom bħala ġest ta’ predilazzjoni min-naħa ta’ Alla, bħala stedina għall-imħabba totali lejh.
Iva, il-persuna ta’ Kristu affaxxinatkom, ħajritkom l-“Ejja Warajja” tiegħu (Mt 19, 21). Il-vokazzjoni saċerdotali jew dik għall-ħajja kkonsagrata hija sejħa fundamentali biex issegwu lil Kristu, biex tgħixu il-misteru tiegħu tal-grazzja, biex tgħixu miegħu, biex tkunu l-imitaturi tiegħu. Hija stedina biex twerżqu l-Vanġelu b’ħajjitkom; kull wieħed u waħda skont is-sejħa partikolari ta’ Kristu, u ilkoll flimkien fil-Knisja. Għaliex l-Għarusa ta’ Kristu tiddi bis-sbuħija tal-Vanġelu li sar kelma ta’ ħajja, bil-libsa tat-tieġ tal-karità, tal-pariri evanġeliċi, tal-bejatitudni tal-Imgħallem divin, Għaliex il-Knisja, permezz tal-ikkonsagrati, tkun illum quddiem id-dinja il-Kristu ħaj li jkompli jsalva, li jxandar il-Bxara t-Tajba bil-kliem u l-ġesti tagħhom, b’ħajjithom kollha. Dan l-għixien u komunikazzjoni, b’dedikazzjoni nkondizzjonata, il-grazzja tas-salvazzjoni, hija konremplazzjoni ta’ kuljum tal-meravilji tal-imħabba ta’ Alla fil-mument preżenti tad-dinja, fil-misteru ta’ ħajjitkom u tal-Knisja.
Ħajjitkom hija servizz ta’ mħabba. Intom qaddejja maskili u femminili tal-imħabba għall-imħabba ta’ Kristu. Hekk intom twettqu dik l-umanità matura li toffri lil Alla il-libertà propja u l-użu tagħha għas-sevizz tiegħu. Għalhekk immeditaw u ġeddu kuljum il-mottivi tal-fidi li jagħtu impetu u sosten lil ħajjitkom, lid-dedikazzjoni tagħkom, lill-fedeltà ferrieħa u fertili tagħkom, ukoll jekk issagrifikata. U meta twettqu fis-skiet tat-talb tagħkom – dejjem indispensabli għalikom – il-validità ta’ ħajjitkom, iżżu ħajr lill-Mulej għall-meravilji tiegħu. Xandru bil-qdusija tagħkom li qaddis huwa ismu (cf. Lq 1, 49).
4. Kristu jsejħilkom biex tkunu xhieda fidili tiegħu, biex tkunu kanali ta’ mħabbtu feddejja fid-dinja tallum, biex ittawlu l-ħn, li jinfirex minn ġenerazzjoni għal oħra fost dawk li jibżgħu minnu (cf. Lq 1, 50). Dmir komuni u konkret tas-servizz ragħkom huwa mela t-twettiq tal-pjan divin tas-salvazzjoni: tirrendu preżenti s-saltna ta’ Alla, li hija l-Knisja, hawn fil-Venezuela; tagħmluh preżenti f’ħajjitkom u fl-ambjent tagħkom, fl-iskola,fil-familja, fost iż-żgħażagħ, fis-sevizz lill-morda u l-abbandunati, fis-sitwazzjonijiet ta’ karità u ta’ assistenza, fl-opri ta’ promozzjoni soċjali; fuq kollox fl-inizjattivi kateketiċi, biex twasslu lil kulħadd l-imħabba ta’ Kristu u permezz tiegħu l-imħabba lejn il-bniedem. Mingħajr ma ninsew d-dinja mportanti tal-kultura, li għandha tant importanza għall-evanġelizzazzjoni u l-ordinament ġust tas-soċjetà. Hekk il-Vanġelu jinkarna fil-ħajja u fil-kultura tal-poplu tagħkom, billi jinteressa l-istrati soċjali differenti u billi jippromwovi l-valuri differenti umani u nsara.
Hawn il-proġett komuni jinkarna ruħu f’servizz lill-poplu tagħkom, li sar poplu ta’ Alla. Dmir prezzjuż għalikom ilkoll, ulied l-art twelidkom Venezuelana; u wkoll għalikom, saċerdoti, reliġjużi rġiel u reliġjużi nisa, membri tal-istituti sekolari, li tlaqtu lill-familja tagħkom u lill-art twelidkom u stabbilitu ruħkom b’mod temporanju jew definittiv, f’din il-familja u patrija spiritwali li hija il-Knisja fil-Venezuela. Lill-individwi u lill-oħrajn, f’isem Kristu u l-Knisja, il-Papa jgħid: Grazzi! Grazzi għad-dedikazzjoni u l-fedeltà tagħkom, għal dak li intom u għal dak li tagħmlu, għal dak li żrajtu fir-raddi tal-Knisja, li hija l-għalqa ta’ Alla (cf. 1 Kor 3, 9) u li fil-waqt opportun jiffjorixxu bil-fertilità tal-Ispirtu Santu.
B’din it-tama nħeġġiġkom biex tipperseveraw, biex tegħlbu t-tentazzjoni tal-iskoraġġiment, biex iġġeddu l-fedeltà tagħkom lil Kristu u lill-Vanġelu f’nofs id-diffikultajiet personali u soċjali; biex tkunu xhieda awtentiċi tal-ħniena divina li ddum minn ġenerazzjoni għal oħra.
5. Il-poplu tagħkom jistenna minnkom xhieda konvinċenti ta’ Kristu. Dan il-poplu spiss fqir, imma nieqes mill-ġid li jattira l-predilezzjoni ta’ Alla ddikjarata ma’ Marija (cf. Lq 1, 53). Huma l-foqra li jitolbu d-dedikazzjoni preferenzjali tagħkom, ibda mill-Vanġelu u bi tħejjija ta’ liberazzjoni ntegrali. Il-foqra meqjusa bla ħars speċjali, esklussiv jew limitat għall-faqar materjali biss. Irrid ngħid dawk kollha li jinħtieġu l-ħobż u l-konverżjoni, il-libertà nterna, l-għajnuna materjali u l-purifikazzjoni mid-dnub. Huma jistennew li tagħmlulhom preżenti lil Kristu, redentur u ħellies, triq ta’ dinjità u vokazzjoni ta’ destin traxxendenti (cf. Giovanni Paolo II, Allocutio ad Patres Cardinales et sodales Curiae Romanae habita, 21 dicembre 1984: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VII/2 [1984] 1631-1632).
Il-Venezuela, bħan-nazzjonijiet l-oħra tal-Amerika Latina, tippossiedi l-patrimonju tal-fidi kattolika u tar-reliġjożità, li fihom jidentifikaw lilhom infushom il-maġġoranza l-kbira tal-Venezwelani; bdanakollu l-fidi trid tippenetra ferm iktar fit-tessut tas-soċjetà, fl-istabiltà u l-qdusija tal-familja nisranija, fl-istrutturi regolatriċi tal-ġustizzja soċjali. Fil-Knisja fil-Venezuela hemm sinjali evidenti ta’ tiġdid spiritwali u fl-istess ħin jippersistu, u kultant jintensifikaw kurrenti sekularisti li jridu jħassru mill-kuxjenza s-sens ta’ Alla u mis-soċjetà s-sinjali tal-preżenza tiegħu. Hemm setturi li fihom il-progress soċjali u l-benesseri juru ruħhom f’egoiżmu lussuż, waqt li setturi oħra jibqgħu fil-miżerja, fl-emarġinazzjoni, fl-analfabetiżmu.
Dawn il-fenomeni jiċċalinġjaw lill-Knisja. Kull darba, kull familja, kull sitwazzjoni qegħdin jesiġu l-preżenza ħajja tal-Vanġelu. Il-Knisja impenjata mal-bniedem, b’mod speċjali ma’ dawk l-iktar foqra u emarġinati, ma tistax tinjora dawn is-sitwazzjonijiet. M’għandhiex tirrassenja ruħha passivament u tħalli li l-affarijiet jibqgħu hekk, jew kif spiss jiġri, jiġġeneraw f’sitwazzjonijiet agħar.
F’isem Kristu u l-Knisja nitlobkom li, bi ftehim mal-orjentamenti tar-rgħajja tagħkom, tintensifikaw l-isforz li jesiġi evanġelizzazzjoni ntegrali tal-persuni u tal-ambjenti.
6. Bħala saċerdoti u reliġjużi impenjati bil-Vanġelu, intom imsejħa biex tevanġelizzaw qabel kollox b’ħajjitkom, It-tiġdid tal-fidi jibda mill-identifikazzjoni bejn il-messaġġ u l-messaġġier. Kunu għalhekk xhieda tal-Vanġelu b’ħajjitkom integra saċerdotali, impenjata, eżemplari; li l-fidili tagħkom jagħrfukom dejjem, għeżież saċerdoti, ukoll esternament, bħala ministr ta’ Kristu. Kunu intom, reliġjużi rġiel u nisa, trasparenza tal-pariri evanġeliċi, tal-kariżma tal-fundaturi u tal-fundatriċi tagħkom, tal-komunjoni fraterna f’ħajja sempliċi u eżemplari. Intom, membri tal-Istituti sekolari, tridu twasslu lis-soċjetà, mill-kondizzjoni lajkali tagħkom, l-preżenza ta’ Kristu f’nofs il-bnedmin, b’xhieda li titlob u ġġiegħel biex jinterrogaw lilhom infushom lil dawk li jgħixu magħkom.
Fl-għaqda tax-xogħlijiet ta’ evanġelizzazzjoni u ta’ katekeżi propji tal-proġett ekkleżjali, nitlobkom dedikazzjoni speċjali għaż-żgħażagħ fil-kuntest tal-komunitajiet parrokkjali, tal-iskola kattolika, tal-gruppi u assoċjazzjonijiet, tal-movimenti ekkleżjali ta’ spiritwalità. U la tonqsux li tiddedikaw ruħkom għall-formazzjoni ntegrali tal-lajċi impenjati fil-Knisa u fis-soċjetà.
Lilkom żgħażagħ seminaristi, novizzi maskili u femminili li tikkostitwixxu it-tama soda ta’tiġdid tal-Knisja fil-Venezuela, il-Papa jgħid ukoll: la tibżgħux, iffurmaw ruħkom sewwa intelletwalment u pastoralment, u agħmlu kuraġġ waqt li tħarsu madwarkom, għaliex l-għelieqi tad-dwieli huma bosta u l-ħaddiema huma ftit.
7. “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej . . . għaliex ħares lejn iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu” (Lq 1, 47-48). Kliem Marija jfakkarna ċ-ċokon tagħma quddiem il-missjoni li l-Mulej afdalna, Imma hija tfakkarna wkoll li l-Onnipotenti, li jniżżel il-qawwijin minn fuq it-tronn tagħhom u jgħolli liċ-ċkejknin, jistà jagħmel ħwejjeġ lbar fina, jekk nerħu ruħna b’ebda kondizzjoni għas-servizz tiegħu.
Quddiem l-ewwel ostaklu, kostitwit mill-iskarsezza kbira tal-kleru, b’mod speċjali lokali, intom ilkoll għandkom tħossukom urġentement imsejħa biex tippromwovu l-vokazzjonijiet bil-qawwiet kollha tagħkom. U sabiex l-imsejħin ġodda jkunu jistgħu jagħtu l-frott mixtieq, iffavorixxu b’attenzjoni kbira – flimkien mal-isqfijiet tagħkom u s-superjuri reliġjużi – l-formazzjoni kkurata, profonda u aġġornata, fis-seminarji, novizjati u istituti li jippreparawhom. La taħsbuhiex li tiddedikaw għal dan ix-xogħol, fl-aspetti tiegħu spiritwali, kulturali u umani, ħinkom u l-enerġiji tagħkom.
Fil-Verġni tal-Magnificat hemm żewġ fedeltajiet stupendi li jimmarkaw ukoll il-vokazzjoni tagħkom: fedeltà lejn Alla, għall-proġett ta’ mħabba ħanina tiegħu, u fedeltà lejn il-poplu tagħkom. Kunu intom ukoll fidili lejn Alla u lejn il-proġett tiegħu. Kunu fidili lejn il-poplu tagħkom . . . Hekk tkunu, bħall-Verġni ta’ Nażżaret, kollaboraturi ta’ Alla, qaddejja ta’ ħutkom, bl-aħjar servizz li huwa dak b’mod speċifiku tagħkom: twasslu lil kulħadd il-messaġġ ta’ Kristu.
Jalla dejjem issostnikom f’din il-fedeltà doppja l-barka kordjali apostolika tiegħi.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb