Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tlieta 3 ta’ April 2018

L-Evanġelju tat-Tlieta 3 ta’ April 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 20, 11-18

Marija ma daħlitx fil-qabar. L-ewwel wieħed, li, wara li sema l-aħbar ta’ Marija, daħal kien Pietru u warajh, daħal Ġwanni. Uhuma ġarrbu l-vojt tal-qabar u raw is-sinjali li Ġesù ħalla warjah u emmnu. Marija tbaxxiet u ttawlet, iżda ma daħlitx. Rat żewġ anġli, iżda donnhom ma ssorprendewhiex; it-telfa tal-ġisem mejjet ta’ Ġesù ħasditha ħafna iktar u l-weġgħa tat-telfa ta’ dak li stenniet li se ssib u ma sabitx, tfitilha kull emozzjoni oħra. Rathom u daret biex tmur lura.

Iżda kif iddur biex titlaq, rat, barra mill-qabar, dak li marret tfittex ġo fih, mhux mejjet iżda ħajja, mhux b’wiċċu mgħotti iżda wiċċ’imb’wiċċ magħha. U m’għarfitux. Jista jkun li l-ħeġġa tagħna bie xinisbu lil Kristu kif irridu aħna, ma tħalliniex nagħrfuh meta miltaqgħu miegħu tassew kif ġralha Marija ta’ Magdala. U mhux biss, imma nagħtuh tort li mhux kif qed nistennewh li jkun, ħadtuli, għidli fejn qegħidtu ħa nġibu lura. Il-konfuzjoni li ħafna drabi noħolqu bejn il-kristu li nfasslu għalina nfusna u l-Kristu veru li jippreżenta ruħu quddiemna.

Hemm ċanfira ħelwa imma soda f’dan ir-rakkont, għalina lkoll li għadna kemm iċċelebrajna t-tridu tal-Għid. Jista’ jkun li aħna wkoll mitlufin fix-xbiehat tax-xbiehat u fis-simboli tas-simboli, li tant huma mbiegħedin minn dak li hu veru u awtentiku. M’aħniex nagħrfuh u mhux tort tagħna, iżda tort tiegħu, tort tal-kelma stramba tiegħu, tal-mod mhux normali kif iġib ruħu. Kristu rxoxt mhux Kristu li rridu. Iżda Kristu rxoxt hu dak li hu, u ma jistax jippreżenta lilu nnifsu kif irridu aħna, għax ikun giddieb, jitbiegħed mill-verità tiegħu innifsu, li hija Hu.

l-istedina mimlija tama ta’ Ġesù ħaj hi biex niddistakkaw ruħna minn dak li naħsbu li aħna u nħalluh ilaqqana miegħu innifsu wiċċ’imb’wiċċ, biex nagħrfu r-rejaltà vera tagħna; irid jurina li s-sejħa kollh amħabba tiegħu mhix li ngħixu fis-serenità tal-imgħoddi nostalġiku tagħna, iżd abiex ngħixu miegħu ħajja ġdida, u biex tgħix ħajja ġdida trid issir bniedem ġdid. Ma tistax traqqa l-pannu bil-qargħa aħmar. Il-kliem li qal lil Nikodemu f’din il-ġrajja qed jgħidu lil Marija Maddalena imma qe djgħidu lilna wkoll.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: