Home > Aħbarijiet > L-Abort fl-Irlanda

L-Abort fl-Irlanda


L-Erbgħa 4 ta’ April 21018: Il-liġi dwar l-abort li qed jipproponi l-Gvern Irlandiż bl-ebda mod ma tista’ titqies li hi restrittiva, u fil-prattika se tfisser li ftit biss se jkunu n-nies li ma jitħallewx jagħmlu abort fl-Irlanda. Fil-fatt il-liġi kważi se tippermetti abort lil kulmin jitolbu.

Artiklu ppubblikat fis-sit newsbook.com.mt jgħid li fir-Renju Unit 92% tal-aborti jsiru fl-ewwel 13 il-ġimgħa tat-tqala. Suppost, fit-teorija, fl-Ingilterra l-abort irid ikun indikat medikament minn żewġ tobba. Fil-parti l-kbira r-raġuni li tinġieb hi r-riskji għas-saħħa mentali tal-omm.

Iżda fir-realtà fl-Ingilterra, effettivament, l-abort isir lil kulmin jitolbu, anke għal raġunijiet soċjali. Skont rapport riċenti l-maġġoranza ta’ aborti li jsiru fuq nisa Irlandiżi fl-Ingilterra jsiru għal raġunijiet soċjoekonomiċi.

Il-proposta tal-Gvern Irlandiż hi anqas restrittiva mil-liġi Ingliża għax ma titlobx raġuni medika biex isir abort fl-ewwel tliet xhur tat-tqala.

Għalhekk, għalkemm fit-teorija hemm bżonn raġuni medika, din mhu se tkun tfisser xejn u fl-Irlanda s-sitwazzjoni se tkun bħal tal-Ingilterra fejn prattikament m’hemm ebda restrizzjoni fuq il-200,000 abort li jsir kull sena, jiġifieri jinqatlu b’abort wieħed minn kull ħames trabi.

Stqarrija tal-Iona Institute, li hi organizzazzjoni Kattolika ta’ Riċerka, tenfasizza li s-sitwazzjoni fl-Iralnda – skont il-liġi proposta – se tkun agħar minn dik tal-Ingilterra. Il-ftit salvagwardji għal abort wara t-12-il-ġimgħa tat-tqala mhux se jkunu effettivi bħalma mhumiex fl-Ingilterra.

L-Iona Institute qal li l-Gvern u l-Ministru tas-Saħħa qarrqu meta taw x’jifhem li l-liġi se tkun waħda restrittiva. Jafu tajjeb li l-proposta tagħhom hi aktar radikali mil-liġi Ingliża, kważi f’kull aspett tagħha. U l-liġi Ingliża effettivament tippermetti abort lil kull min jitolbu.

Maria Steen, kelliema għall-Istitut Iona, żiedet tgħid li hu doppjament qarrieqi li tiddeskrivi l-liġi proposta bħala “kura għas-saħħa”.

“Skont l-abbozz, fl-ewwel 12-il ġimgħa tat-tqala m’hemmx bżonn raġuni medika biex isir abort. Nisa f’saħħithom jistgħu jabortixxu trabi li m’għandhom ebda problema ta’ saħħa. Dan hu l-oppost. Qed naqilbu l-mediċina rasha l-isfel”, qalet Steen.
Steen temmet tgħid li: “Aħna għandna fiduċja li l-poplu Irlandiż se jara l-ingann tal-Gvern u jinduna li dak li qed ikun propost hi liġi radikali ħafna dwar l-abort li ma toffri ebda protezzjoni lit-trabi mhux mitwielda. Għalhekk qed nittamaw li l-poplu jivvota biex l-artiklu favur il-ħajja, ma jitneħħiex.

Mill-Kamra tal-Aġbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: