Minn Fr Michael Bugeja

L-Evanġelju tal-Erbgħa 4 ta’ April 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 24, 13-35

Forsi kultant ix-xafra tagħna taqa’ malajr wisq fuq għonq Tumas għax ma emminx. Iżda t-twemmin ma kienx l-istess f’kull wieħed u waħda minnhom, u ma kienx hemm mill-ewwel; inbena bil-mod il-mod, iktar u iktar kemm il-ġrajja bdiet isseħħ u ż-żmien beda għaddej. Man nuqqas ta’ twemmin kien hemm id-diżappunt u l-qtiegħ ta’ qalb. Konna nittamaw. Issa m’għandiex u għax m’għadniex, m’aħniex nagħrfuk.

Dawn iż-żewġ dixxipli kienu uħud minn dawk li qatgħu qalbhom. Dak li ġara f’Ġerusalemm kien l-aħħar daqqa li qatlet fihom kul tama u meta tmut it-tama jgħib kollox u kollox jidher kastelli fl-arja. Tant qtilfu kollox li ddeċiedew li jmorru lura lejn darhom u l-ħajja tagħhom ta’ qabel. Għamilna minn kollox, kieku konna ngħidu aħna, issa m’hemmx x’tagħmel iżjed. Din hi l-problema tagħna, li naħsbu li għamilna kollox għax nemmnu li kollox jiddependi minna. Ninsew li jiddependi kollox minnu, hu li jaħdem anke bina. It-tama fih ma tiġix mill-fantasija iżd amill-konvinzjoni li hu l-verità, li fih il-gidba m’għandhiex għeruq. U kien qal li kellu jgħaddi minn dan kollu u fit-tielet jum iqum. Iżda tant ma emmnux, tant kienu emozzjonalment mgħobbija li donnu x-xemx ma telgħetx u kollox baqa fid-dalma kbira li waqgħet fuq il-pajjiż kollu. Il-kollox mitmum tiegħu fuq is-salib setgħet tiftiehem li issa spiċċa kollox mhux li kollox ġie mwettaq u wasal fil-milja tiegħu, li l-għan intlaħaq. U għalhekk tħawdu kif semgħu l-aħbar; għalhekk qatgħu qalbhom u għalhekk kellhom jerġgħu lura għall-imgħoddi għax l-imgħoddi, normali kemm hu normali dejjem aħjar mix-xejn.

Imma mbagħad jagħrfuh. Ma jagħrfuhx fl-ispjega dettaljata li tahom, imma għarfuh fil-qsim tal-ħobż; ma għarfuhx wat li kien qed jgħallimhom imma meta daħal għandhom u qagħad magħhom mal-mejda u qasam il-ħobż. Għall-insara tal-bidu il-qism tal-ħobż sar karatteristika li tagħżilhom mill-bqija tal-bnedmin, li jaqsmu u jieklu l-ħobż flimkien, għax meta nieklu flimkien sar ifisser li ngħixu flimkien. Hemm għarfuh u hemm seħħet il-bidla fihom li mliethom bil-kuraġġ biex jieqfu sejrin lura u jerġgġu ikomplu minn fejn ħallew. Imorru jagħtu xhieda ta’ dak li raw u semgħu u meta jagħtu l-aħbar jieħdu oħra huma wkoll. It-tama titnissel fil-ħajja tagħhom flimkien. Id-dawl fid-dlam jerġa jidher mhux wisq fit-tagħlim u l-kjarifiċi iżda fil-mod kif jgħixu bejniethom u kif jgħidu lil xulxin l-esperjenza personali tagħhom miegħu.

Il-ġebel għall-bini tat-tama mhux magħmul bit-tejoriji u r-raġuni, iżda bil-prattika li kull ma tagħmlu mal-iżgħar tkun qed tagħmluh miegħi, u hekk hu jgħix bina u fina.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s