Eżortazzjoni Appostolika ġdida tal-Papa Franġisku. Ifirħu u Thennew


Wara l-Evangelii Gaudium u l-Amoris Lætitia, il-Ferħ u l-Hena jibqgħu ċ-ċentru tal-Maġisteru ta’ Franġisku

Il-Ħamis 5 ta’ April 2018: Gaudete et Exsultate – Ifirħu u Thennew. Dan huwa l-isem tal-Eżortazzjoni Appostolika ġdida tal-Papa Franġisku li ser tkun publikata mill-Vatikan nhar it-Tnejn li ġej, 9 ta’ April. Il-frażi tal-isem hija meħuda mill-Beatitudnijiet li nsibu fl-Evanġelju skont San Mattew (5:12) u t-tema ta’ dan id-dokument tal-Papa ser tkun dwar is-sejħa universali għall-qdusija fid-dinja tal-lum.

GEFis-sittinijiet, il-Konċilju Vatikan II kien diġà ddedika il-ħames kapitlu tal-Kostituzzjoni Dommatika, Lumen Gentium propju dwar l-istess suġġett, Is-Sejħa Universali għall-Qdusija fil-Knisja. Imma anke l-Papa Franġisku nnifsu, matul dan il-pontifikat tkellem diversi drabi dwar din it-tema. Fost dawn insibu l-katekeżi li kien ta fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgha 19 ta’ Novembru 2014, li fiha analizza d-domanda, “Fiex tikkonsisti s-sejħa universali għall-qdusija u kif nistgħu inwettquha?”

Imma għall-Papa Franġisku, il-ferħ u l-hena tal-ħajja nisranija żgur mhumiex xi kunċett ġdid li qed jintroduċi issa fil-maġisteru tiegħu.  Din hija t-tielet Eżortazzjoni Appostolika li fiha huwa jibni t-tagħlim tiegħu propju fuqhom.  Fl-ewwel eżortazzjoni, Evangelii Gaudium, huwa jitratta dwar il-Ferħ tal-Vanġelu, filwaqt li fit-tieni waħda bl-isem, Amoris Lætitia huwa jikteb dwar il-Ferħ jew l-Hena tal-Imħabba.  Issa f’din l-Eżortazzjoni narawh jislet il-Gaudium minn tal-ewwel u l-Lætitia minn tat-tieni biex jagħtina l-Gaudete et Exultate tat-tielet.  Bla dubju ta’ xejn li minkejja dak kollu li għaddejja minnu d-dinja llum,  il-ferħ u l-hena se jibqgħu bħal ħajta tad-deheb li tikkaraterizza l-pontifikat ta’ Franġisku.

Din l-Eżortazzjoni Appostolika mistennija tkun ta’ madwar 20,000 kelma u għalhekk inqas minn nofs it-tul tal-Amoris Lætitia publikata eżattament sentejn ilu, fit-8 ta’ April 2016.

joe farrugia

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

One thought on “Eżortazzjoni Appostolika ġdida tal-Papa Franġisku. Ifirħu u Thennew”

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.