L-Evanġelju tas-Sibt 5 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.phpĠw 15, 12-17
Ġw 15, 18-21

Għal Ġesù la hemm kantunieri u lanqas tidwir mal-lewża; m’hemmx zunnarija mdendla ma’ qasba jew investimenti li jrendu l-imgħax: min jobgħod lili jobgħod lilkom; la m’intomx tad-dinja, id-dinja u min hu tagħha se jarawkom kuxjenza skomda, xewka, żrara ppuntata fiż-żarbun tagħhom, bastun fir-roti tal-aġendi qarrieqa tagħhom. Li kieku ssiru tagħha, u din hi tentazzjoni qawwija, id-dinja tħobbkom; anke dawk li jgħidu li m’humiex tad-dinja iżda fil-fatt, minn taħt, ikunu.

Jiena ħriġtkom mid-dinja, għalhekk tidhru strambi, antikwati, moħħkom marbut, tgħixu fl-imgħoddi li llum m’għadux żmienu. Jekk lili għamluli hekk, intom tistennewx li se jkunilkom differenti. Jippersegwitawkom mhux biss fl-anfitejatri u fil-pjazez, fejn jidhru, iżda anke fejn ma jidhrux, billi jtellfulkom il-kredibilità tagħkom, jeqirdu l-fiduċja fikom, jgħajrukom bid-dgħufijiet tagħkom; l-għan tagħhom hu li jgħajjukom u jaqtgħulkom qalbkom bie xtingħaqdu magħhom u ssiru bħalhom.

Dan kollu jissarraf f’menu ta’ tbatija u mixja dejjem għat-telgħa. M’hemmx minn fejn tagħżel. Il-proġett ta’ Ġesù mibgħut mill-Missier, mhux passiġġata. Min ma jagħrafx lil Alla se jara lil Alla żejjed, kompetitur, tfixkil għall-pjanijiet ta’ moħħu; u għax jaħseb li b’dak li jgħidlu moħħu biss jaqbillu, allura se jagħmel minn kollox biex ma jitlifx dak li jaħseb li jaqbillu.

M’għandkom qatt tħallu qalbkom titħawwad. Emmnu f’Alla u emmnu fija wkoll.

Iż-żmien tal-Knisja huwa ż-żmien tat-tbatija li tiġi minn barra u tiġi minn ġewwa. Il-qerq u l-ħażen qerq u ħażen inisslu, f’tellieqa immaġinarja mal-verità u mat-tajjeb li jinsabu biss f’Alla. u iktar kemm Alla u min jemmen fih juru bi kliemhom u għemilhom li huma m’humiex itellqu mal-qerq u mal-ħażen, iktar il-qerq u l-ħażen jifferoċjaw fl-attakki tagħhom. Dan juri lil min jemmen, li ikatr kemm l-attakki jkunu horox, iktar il-qerq u l-ħażen ikunu qed jiddgħajfu. Jekkil-qerq u l-ħażen irattbu l-attakki tagħhom ifisser li dawk li nħarġu mid-dinja minn Ġesù Kristu jkunu qed jingħaqdu mill-ġdid mad-dinja. Għalhekk: ifirħu thennew meta jiġri dan kollu.

Il-qerq u l-ħażen jixxejnu mhux bl-armi li jużaw huma, iżda bl-imħabba ta’ Alla, li minna tiġi d-determinazzjoni fil-ġustizzja tiegħu, il-perseveranza fil-verità, il-ħelsien veru fil-libertà, il-mogħdrija, il-maħfra, ir-rikonċiljazzjoni, is-sabar, il-faraġ, il-paċenzja, ir-rispett, il-maswetudni, il-komunjoni tad-dgħajfin fil-qawwa bla tarf ta’ Alla.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.