Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > Almenu għandi min jagħti kasi!

Almenu għandi min jagħti kasi!


Inqum filgħodu. Inħejji għall-ġurnata xogħol. Ninżel. Noqgħod bilqiegħda fir-restorant. Qabel tibda’ l-maratona ġiri mal-isptar. U mal-isptar kollu! F’kull direzzjoni. Rokna. Bil-konsegwenzi kollha li dan il-ġiri jġib miegħu fuq saħħet min jagħmlu.

Nintefa hemm. Għall-kwiet. Bil-kafè ħdejja. Ġieli nieħu wieħed. U, ħafna drabi, nispiċċa bi tnejn. Issa qiegħdin nikbru sieħbi! Mela bil-mod! Għax, biex il-magna tistartja, issa trid ftit tal-ħin. Minix qed ngħidlek dan biex tinkwieta għalija. Lanqas biex tippanikja. Le! Ma tarax! Imma nkellmek hekk għax nafdak. U, se nerġa’ ngħidhielek, NAFDAK! F’dinja u f’soċjetà fejn issa ilna li waħħalnieha f’rasna li MA TISTA’ TAFDA LIL ĦADD! U le! Ejja ma mmurx ‘il bogħod. Anki fil-Knisja din l-epidemija daħlet. X’susa hi din hux! U jien, din, ngħidha b’aktar konvinzjoni. L-għaliex qiegħed fil-parroċċa tal-FIDUĊJA ETERNA. Jiġifieri tat-Trinità Qaddisa! Tista’ teżiżti fiduċja aktar perfetta mit-Trinità? Mill-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu li jafdaw lil xulxin b’fiduċja eterna?

Nemmen jew ma nemminx, jiena frott it-Trinità. Qiegħed f’konnessjoni jew le magħha, jiena riżultat tat-Trinità. U, jekk naħseb li issa sirt xi ultra modern jew moderna malajr tibżax niġi f’tiegħi. L-għaliex, ftit qabel nagħlaq għajnejja biex nistrieħ, jew meta nkun waħdi, għall-kwiet, malajr inħoss fija s-sentiment. Dak li nidħol f’relazzjoni mal-oħrajn. RELAZZJONI! Il-kelma tal-kelmiet! Il-kelma li tbellaħ, iġġennen u tagħmi. Għal min, sintendi, jara kollox ikrah. Għal min jixtieq li jkun biss maħbub mingħajr ma jindenja ruħu jħobb. Għal min lest li jixtri l-imħabba. Basta jissodisfa ruħu. Għax jaħseb li b’hekk ikun ħa xi ħaġa. Imma, fil-verità, xi jkun ħa? U ħadet? Inħalli għalikom taħsbu!…

F’pajjiżna għandna pjaga kbira. Pjaga li ma tidhirx. Pjaga li tinħass. Anki jekk il-ġrieħi tagħha ma jidhrux. Is-solitudni! Għandna persuni li jħossuhom imkissrin. Waħedhom. Semmi fejn trid. Ibda’ mill-familji tagħna. Żur iċ-ċrieki tal-ħbieb. Din il-pjaga saħansitra nifdet iċ-ċrieki tas-sagru wkoll. Mela fil-Knisja u fil-komunitajiet reliġjużi tagħna. Kemm hija ħasra li quddiem problema kbira bħal din, (għax tassew hija problema tal-problemi), kulħadd jibda’ igara l-ġebel lejn xulxin minflok li jfittex xaqq ta’ tama.

Hemm jibda’ igara l-ġebla tal-individwaliżu. U tal-egoiżmu. Uuuu! Bil-mod! Tkunx artifiċjali sieħbi! Ara ftit x’inhi l-problema l-ewwel! Ikun aħjar jekk, qabel tibda’ tiġġudika u tkisser lill-persuni miġrugħa, toqgħod ftit bilqiegħda u tieħu kafè magħhom. Indejna ruħek ismagħhom! Mingħajr ma timponi dak li għandek f’rasek fuqhom. Jew, mingħajr ma twettaq dak li qalulek “ħbiebek”. Int isma’! U irringrazzja lill-Mulej għall-fatt li dik il-persuna qed tafdak. Għax qed tiftaħ qalbha miegħek.

Bniedem jaf jingħalaq fih innifsu għal diversi raġunijiet. U mela jekk inkun ferħan u ferħana, b’dak il-ferħ tat-tfal, u ssib min jipprova jeqridulek daqskemm hu insigur u insigura mill-istorja ta’ familtu u familtha, x’tippretendi li nagħmel? Inħallik tgħaddi minn fuqi? U mela jekk naqbdek li lili, minkejja l-kliem u l-ippriedkar “sabiħ” (?) tiegħek, diġà warrabtni u qgħedtni fuq il-ktieb l-iswed tiegħek, taħseb li se nafdak? Inkella jekk ma naqbilx mal-kulur politiku tiegħek int ħlift, bis-sewwa jew bid-dnewwa, li tipprova tagħmilli ħajti infern, jiena nista’ nafdak?

Għalhekk għedtlek: ISMAGĦNI! Biżżejjed hu li tismagħni. U irrispetta d-deċiżjoni tiegħi. Tibżax! Jekk nara li int ta’ min jafdak u mhux tilgħabni ħa nibda’ nafdak bil-mod il-mod. Tafu li l-Mulej, dak li se jitwieled minn hawn u ftit jiem oħra, hekk jimxi magħna? Kemm jimxi magħna b’delikatezza! Għax jaf li aħna miġrugħin. Jaf li ilkoll ġejna ittraduti. Jaf minn xiex għaddejna u għaddejjin.

Sieħbi, ħobbha l-mejda tar-resotrant. Mur. Ħu kafè. Inkella tè. U dejjem ħalli siġġu għal kull min jixtieq jieqaf ħdejk u jgħidlek kelma. Tilgħabiex tal-psikologu li iġġagħal lil dak li jkun ikellmek bilfors. Aħna kollha miġrugħin. Ibda’ minni l-ewwel wieħed. Imma kemm hu sabiħ li jien, waqt li qiegħed u qiegħdha hemm, għall-kwiet, lilek nagħtik ċans li tkellimni. Nitbissimlek. Ngħidlek: Bonġu!

M’hi xejn! Imma tfisser ħafna! Xejn xejn inkun qed ngħaddilek il-messaġġ sabiħ u mportanti li tant għandek bżonn tisma’, bħali: Almenu għandi min jagħti kasi!

  1. Anonymous
    May 21, 2018 at 1:09 pm

    Thank you fr.Mario so well explained if you give a listening ear you get so much in return, its good to say a prayer tothe Holy Spirit before advise
    Good to be there for others.
    Rose.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: