L-Evanġelju tal-Ħadd 10 ta’ Ġunju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 3, 20-35

Darba ġew ommu u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru, u qalulu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk”. U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?” Imbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa ħija, u oħti, u ommi”.

Minflok tajjarhom jew bagħtilhom in-nar mis-sema kif forsi kont nagħmel jien għax ħasbuni tlift moħħiu għajruni li għandi fija xitan, Ġesù sejħilhom lejh u kellimhom u spjegalhom għal darba oħra.

Il-paċenzja ta’ Ġesù taħsdek f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Hija mġieba li tkisser kull suppervja u fl-istess ħin hija twissija għaqlija mimlija mħabba u ħniena. Isejħilhom lejh biex jurihom li l-għaqda tagħti qawwa straprdinarja filwaqt li l-firda ddgħajjef lill-bniedem.

Hemm il-firda li tiġi mis-sens ta’ ħtija f’kull bniedem, il-firda li toħloq tensjoni u nkwiet meta l-bniedem isib il-ħin, u jekk ma jsibux hu, xi darba jew oħra jsibu ma’ wiċċu, biex iħares lejn il-mera tiegħu innifsu u jara l-qasma bejn dak li jrid ikun u dak li fil-fatt hu. Din il-firda tneħħi l-paċi mill-qalb u s-serħan mil-moħħ, hija firda li ġġelled lill-bniedem miegħu innifsu u taqtalu qalbu, hija firda mibnija fuq l-imgħoddi u d-deċiżjonijiet żbaljati li l-bniedem jieħu. Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa familja. Mhux wisq importanti dak li sar daqskemm hu mportanti dak li se jiġri.

Hemm il-firda bejn il-bnedmin, li taqtgħhom għal rashom u tilludihom li m’għandhom bżonn ħadd u li kulħadd huwa għadu. Hija firda illużorja li tnissel mibgħeda, fejn m’hemmx post għall-oħrajn għax huma żejda u xkiel għall-ksib tas-setgħa tal-bniedem fuq ħajtu. Hija firda li ddgħajjef is-sies ta’ kull bniedem għax taqtgħu mill-bnedmin l-oħra u f’din it-tip ta’ firda, il-bniedem, li jaf li waħdu m’hu xejn, donnu jogħxa għax jara lilu nnifsu tiela dejjem ’il fuq fuq il-pedestall tal-egoiżmu u l-affermazzjoni tiegħu innifsu. Ftit li xejn jinduna li iktar kemm jitla ’l fuq iktar qe djitbiegħed minn dawk li jħobbuh u li jista’ jħobb. Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa familja.

U x’inhu dak li jiena nikkmandakom? Li tħobbu lil xulxin u tkunu ħaġa waħda.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.