Isqof Malti ieħor fl-Awstralja


Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju 2018: L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarji-elett Joseph alea-Curmi jifirħu lil Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci, għall-ħatra mill-Papa Franġisku ta’ Isqof tad-Djoċesi ta’ Darwin fl-Awstralja. L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit-talb għall-Isqof-elett biex il-Mulej jagħtih l-għajnuna f’din il-missjoni ġdida tiegħu.

66-rev-charles-victor-emmanuel-gauci.jpgRev. Charles Victor Emmanuel Gauci twieled f’Malta fil-31 ta’ Marzu 1952 u flimkien mal-ġenituri tiegħu emigra l-Awstralja fl-età ta’ 12-il sena. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-Arċidjoċesi ta’ Adelaide fl-10 ta’ Diċembru 1977 u attenda korsijiet ta’ formazzjoni Injazjana sabiex isir direttur spiritwali.

Hu wettaq il-ministeru saċerdotali tiegħu prinċiparjament f’parroċċi kbar bħal: Hectorville, Woodville, Elizabeth North u Elizabeth South, Noarlunga-Seaford, Willunga-Kangaroo Island, Victor Hector Goolwa Island u Noarlunga-Seaford-Willunga.

Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci huwa l-Assistant Ekkleżjastiku (National Chaplain) tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) u minn Frar 2017 huwa
l-amministratur tal-katidral ta’ Adelaide.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.