Direttur ġdid għall-Missio Malta


Il-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli tas-Santa Sede ħatret lil Mons.
Valentino Borg bħala direttur ġdid ta’ MISSIO Malta (l-Opri Missjunarji Pontifiċji)
għall-ħames snin li ġejjin (2018-2023). 

67-mons-valentino-borg.jpgIl-MISSIO għandu l-għan li jgħin lill-Papa fit-tixrid tal-ispirtu missjunarju fost il-qassisin,  reliġjużi, adulti u tfal u jinkoraġġixxi l-għajnuna lill-foqra permezz ta’ għajnuna finanzjarja għal proġetti f’pajjiżi tat-Tielet Dinja. Il-MISSIO jieħu ħsieb ukoll ix-xandir tal-Kelma ta’ Alla f’dawk il-pajjiżi li qatt ma ġew evanġelizzati.

Mons. Valentino Borg twieled fid-29 ta’ Diċembru 1954. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ Raħal Ġdid, l-edukazzjoni sekondarja fis-Seminarju tal-Arċisqof, u kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija, fis-Seminarju, Tal-Virtù.

Dun Valentino ġie ordnat saċerdot fil-11 ta’ Lulju 1981. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien (1981-1995), bħala kappillan fil-parroċċi ta’ Ħal Għargħur (1995-1998), l-Imġarr (1998-2003), l-Imsida (2003-2006) u Ħal Kirkop (2015-2017).

Dun Valentino ħadem ukoll bħala għalliem tar-reliġjon fl-iskola Sekondarja tas-Seminarju tal-Arċisqof u bħala religious councellor f’diversi skejjel tal-Istat. Serva bħala Delegat tal-Arċisqof fis-Segretarjat tal-Liturġija, Ċerimonjier Djoċesan, Segretarju Amministrattiv fil-Kurja tal-Arċisqof, Direttur Nazzjonali tal-Abbatini u Direttur tad-Djar tal-Anzjani.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.