Aħbarijiet

Prefett ġdid għad-Dikasteru għall-Komunikazzjoni tal-Vatikan


L-Erbgħa 11 ta’ Lulju 2018: Il-Papa Franġisku innomina bħala Prefett tad-Dikasteru għall-Komunikazzjoni lill-ġurnalista Paolo Ruffini. Sa issa, Ruffini kien id-direttur ta-TV2000, l-istazzjoni televiżiv tal-Konferenza Episkopali Taljana.

Ruffini twieled fil-belt ta’ Palermo fl-4 ta’ Ottubru, 1956. Kiseb lawreja fil-liġi mill-Università La Sapienza ta’ Ruma u ilu jaħdem bħala ġurnalist professjonali sa mill-1979. Fl-1986 iżżewweġ lil Maria Argenti.

paolo-ruffini-2-2-2.jpgKien jaħdem mal-gazzetti Il Mattino di Napoli bejn l-1979 u l-1986; Il Messaggero ta’ Ruma bejn l-1986 u l-1996.

Fl-1996 hu ingħaqad mar-radju nazzjonali Taljan, ir-RAI, u kien ġurnalist fil-kamra tal-aħbarijiet fejn dam sal-2002. Kien ukoll korrispondent parlamentari bejn l-1998 u l-2002, ħadem ma’ Radio Uno, Inblu Radio u fit-televiżjoni bħala ġurnalist tar-Rai 3 bejn l-2002 u l-2011. Wara ngħaqad mal-istazzjon La 7 sal-2014 meta mar mal-istazzjoni televiżiv TV 2000, stazzjon televiżiv tal-Konferenza Episkoplai Taljana.

Huwa rebbieħ ta’ diversi premijiet ġurnalistiċi u ħa sehem f’ħafna laqgħat ta’ studju dwar ir-rwol nisrani fid-dinja tal-informazzjoni, l-etika tal-komunikazzjoni u l-mezzi tal-komunikazzjoni moderni.

Wara aktar minn għoxrin sena ta’ kunflitti, tgħannieqa fraterna bejn il-prim ministru l-ġdid tal-Etjopja Abiy Ahmed u l-president tal-Eritrea Isaias Afewerki.
Iż-żjara tal-prim ministru ta’ Addis Abeba f’Asmara saret ftit jiem biss wara l-ftehim storiku li fetaħ it-triq u l-prospettiva għall-paċi bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet ġirien. Il-Papa Franġisku kellu kliem ta’ tifħir u sodisfazzjon dwar dan waqt l-Angelus ta’ nhar il-Ħadd li għadda.
Monsinjur Menghesteab Tesfamariam, l-arċisqof ta’ Asmara, tkellem mal-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Vatikan u esprima s-sodisfazzjon tiegħu. Mons Tesdamariam qal li wara għoxrin sena, fl-ajruport ta’ Asmara niżel ajruplan li fuqu kien hemm il-prim ministru tal-Etjopja Abiy Ahmed.
Bħala mexxej reliġjuż u rappreżentant tal-Knisja Kattolika, l-arċisqof kien fost dawk li tawh merħba fl-ajruport. It-tgħannieqa bejn il-mexxejja ċivili ta’ daż-żewġ pajjiżi kienet kommoventi u sabiħa ħafna, osserva l-arċisqof. Hu verament miraklu li seħħ. Dan jixhduh ukoll l-eluf ta’ nies f’atmosfera ta’ festa li mlew it-toroq.
Minkejja li fis-sena elfejn kien ġie ffirmat ftehim bejn dawn iż-żewġ pajjiżi, wara ġlied li kien ħalla bejn is-70,000 u l-100,000 vittma, it-tensjoni bejniethom xorta ma naqsitx. Imma xahar ilu, fis-6 ta’ Ġunju, b’sorpriża, tħabbar li Asmara aċċettat mingħajr ebda kundizzjoni l-ftehim li kien sar tmintax-il sena ilu.
L-ewwel pass lejn in-normalità bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet tal-qarn tal-Afrika se jkun li jwaqqfu relazzjonijiet diplomatiċi bejniethom. Wara dak ikun imiss pass aktar konkret meta t-truppi tal-Etjopja jitilqu miż-żona tal-konfini bejn iż-żewġ pajjiżi.

L-Arċisqof Tesfamariam, li ftit ilu kien żar il-Vatikan stqarr, li kien jistenna r-reazzjoni li għamel il-Papa Franġisku waqt l-Angelus tal-Ħadd li għadda. Kien kliem, qal l-arċisqof, li nltaqa’ tajjeb ħafna. Jalla, kif qal il-Papa Franġisku, ikkummenta l-arċisqof, dawn is-sinjali pożittivi jkunu vermaent konkreti u jħallu l-frott mhux biss bejn dawn iż-żewġ pajjiżi imma wkoll fil-Qarn tal-Afrika kollu u fil-kontinent Afrikan kollu.

Rapport mill-Kamra tal-Aċbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s