Aħbarijiet

Konvenju internazzjonali dwar l-użu tal-postijiet tal-kult


L-Erbgħa 11 ta’ Lulju 2018: Bejn id-29 u t-30 ta’ Novembru li ġej se jsir konvenju internazzjonali dwar l-użu tal-postijiet tal-kult u t-tmexxija tal-ġid kulturali eklleżjastiku, organiżżat mill-Kunsill Pontifiċju tal-Kultura, il-Konferenza Episkopali Taljana u l-Università Pontifiċja Gregorjana.

knisja abbandunata.jpgIl-komunitajiet insara li qed jiċkienu, l-abbandun tal-prattika reliġjuża, in-nuqqas tal-kleru.  Dawn huma wħud mill-kawżi li minħabba fihom għalqu jew intlequ għal kollox knejjes u postijiet tal-kult, fenomenu li ilu joktor is-snin.

Is-Santa Sede qed iddawwar l-attenzjonni tagħha lejn dan il-fenomenu permezz ta’ konvenju li se jsir f’Novembru li ġej fl-okkażjoni tas-sena ewropea tal-kultura 2018.

Il-preżentazzjoni ta’ dan l-avveniment saret mill-Kardinal Gianfranco Ravasi, president tal-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura, Mons Nunzio Galantino, segretarju ġenerali tal-Konferenza Episkopali Taljana u l-President Ottavio Bucarelli, pro-direttur tad-dipartimenti tal-beni kulturali tal-Knisja fi ħdan l-Università Pontifiċja Gregorjana.

Fl-ħarifa li ġejja se jieħdu sehem fil-konvenju d-delegati tal-Konferenzi Episkopali tal-Ewropa, tal-Amerika t’Isfel u tal-Oċeanja li se jiddiskutu dwar il-bejgħ ta’ knejjes u l-bdil tagħhom fi djar għall-abitazzjoni, negozji u ċentri ta’ negozju użu ieħor bħalma qed jiġri speċjalment fil-Belġju u fl-Olanda, minkejja li f’xi każi dan seħħ ukoll fl-Italja.  Din hi problema li tidher qed tolqot lill-Knisja Kattolika kollha u lill-knejjes protestanti.

Minkejja li ma jeżistux statistiċi, Mons Galantino qal li fl-Italja, il-knejjes propjetà tal-parroċċi u d-djoċesijiet huma madwar 65,000, wara li tnaqqas dawk propjetà tal-Istat u privati.  Biex ikunu koperti l-ispejjeż tat-tmexxija u d-diffikultajiet ekonomiċi, minħabba protesti u minħabba li xorta waħda d-dħul ma jkunx biżżejjed, l-idea li wieħed jidħol iżurhom bil-biljett mhix se tkun is-soluzzjoni tal-problema.Ta’ min jgħid li l-knejjes u katidrali tal-Italja li trid tħallas biex tidħol fihom huma propjetà tal-Istat Taljan jew privati u mhux tal-Knisja.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s