Il-Konċistorju ta’ nhar il-Ħamis li ġej u x’qegħdin jaħsbu l-ġurnali


It-Tlieta 17 ta’ Lulju 2018: Nhar il-Ħamis li ġej, fl-10.00 a.m., il-Papa Franġisku se jippresjiedi Konċistorju Ordinarju Pubbliku sabiex jittieħed vot dwar il-kawża ta’ kanonizzazzjoni ta’ lajk naplitan. Eżattament, stqarrija uffiċjali kienet tgħid hekk “Il-Papa Franġisku se jippresjiedi ċ-ċelebrazzjoni tat-Terz’Ora u l-Konċistorju Ordinarju Pubbliku dwar il-kanonizzazzjoni tal-Beatu Nunzio Sulprizio, lajk.”

nunzio_sulprizio-svg.pngGħal ħafna osservaturi dan deher minnufih bħala Konċistorju xi ftit speċjali għaliex, kif inkiteb f’diversi ‘headlines’ taljani u mkejjen oħra, ġrajja bħal din biex tiddeċiedi dwar id-data tal-kanonizzazzjoni tal-beat lajk ma tidhirx li hi proporzjonata.

Minn dan il-mod ta’ raġunament u ta’ kif wieħed iħares lejn dan l-avveniment, f’dawn il-ġranet, xi midja nedew diversi ipoteżi dwar xi “avviżi importanti mill-Papa.” Xi awturi qed jelenkaw x’jistgħi ikunu s-suġġetti li probabilment jissemmew: l-isem u n-nazzjonalità tas-Sostitut il-ġdid tal-Istat għall-Affarijiet Ġenerali (minflok il-Kardinal Angelo Becciu), l-isem tal-Kardinal Camerlengo ġdid wara l-mewt tal-kardinal Franċiż Jean-Louis Tauran jew avviżi dwar l-ismijiet u n-nazzjonalitajiet tad-Dekan u l-Viċi Dekan ġodda tal-Kulleġġ tal-Kardinali. Jibqa’ l-fatt li mhijiex parti mid-drawwa u t-tradizzjoni li ssir dan it-tip ta’ tħabbira waqt Konsistorju.

Għalhekk l-aħjar ħaġa tkun li nistennew u naraw x’għandu jgħid il-Papa nhar il-Ħamis li ġej.

Rapport ta’ Louis Spiteri

 

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.