Lajk, Isqof u Papa se jkunu dikjarati qaddisin


It-Tlieta 24 ta’ Lulju 2018: Xi jiem ilu l-Papa Franġisku ppresieda Konċistorju Ordinarju Pubbliku sabiex jittieħed vot dwar il-kawża ta’ kanonizzazzjoni ta’ lajk naplitan il-Beatu Nunzio Sulprizio, lajk.

qaddisin
Il-Papa Pawlu VI u l-Isqof Romero

Il-Papa llum ħabbar li l-kanonizzazzjoni se ssir fl-14 t’Ottubru waqt is-Sinodu taż-żgħażagħ. Mal-Beatu Nunzio Sulprizio se jiġu kkanonizzati wkoll il-Papa Pawlu VI li kien ibbeatifikah fl-1 ta’ Diċembru 1963 waqt il-Konċilju Vatikan II u Mons Oscar Romero flimkien mas-saċerdoti Francesco Spinelli, saċerdot djoċesan, fundatur tal-Istitut tas-Sorijiet Adoratriċi tas-Santissimu Sagrament, Vincenzo Romano  u Suor Caterina Kasper fundatriċi tal-Qaddejja Foqra ta’ Ġesù Kristu.

Nunzio_Sulprizio.svg
Il-Beatu Nunzio Sulprizio

Il-Beatu Nunzio Sulprizio, kien ħaddiem żagħżugħ mill-Abruzzo li miet fl-1836 meta kien għad kellu biss 19-il sena minħabba tumur fl-għadam li wisq probabbli qabdu minħabba l-kundizzjonjiet terribbli ta’ xogħol li kien iġiegħlu jaħdem fihom zijuh li kien ħadu miegħu wara li Nunzio safa ltiem. Nunzio huwa meqjus bħala l-protettur tal-invalidi u l-vittmi tal-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u għex fi qdusija kbira t-tbatijiet kbar li kellu jgħaddi minnhom minħabba xogħol iebes u l-mard li ħakmu ta’ età hekk żgħira.

Rapport mill-Kamra tal-Ahbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.