Catholic Voices Malta ngħaqad man-network internazzjonali


Stqarrija għall-Istampa – Twaqqif ta’ Catholic Voices Malta

Il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju 2018:  Catholic Voices Malta qed jingħaqad man-netwerk internazzjonali ta’ Catholic Voices li llum huwa mifrux f’21 pajjiż madwar id-dinja kollha. Dan wara taħriġ li ngħata lil madwar 25 persuna lajka.

course-members-with-archbishop.jpgDan il-grupp għadu kemm spiċċa programm ta’ taħriġ bl-għajnuna ta’ Catholic Voices UK. Il-grupp jinkludi avukati, min jieħu ħsieb id-dar, membri tal-profesjoni medika, edukaturi, intraprendituri, social worker, periti u psikologi fost l-ohrajn.

Il-grupp iltaqa’ mal-E.T. L-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna, li tkellem dwar il-bżonn li jinbeda djalogu mas-soċjetà Maltija, biex immissu l-qlub iktar milli nappellaw għall-intellett.  (ritratt anness)

Catholic Voices Malta jilqa’ l-isfida li jagħmel il-Papa Franġisku lill-lajċi kollha: “quddiem il-kultura ta’ llum tal-‘iskart’ u quddiem tant problem li qed ifeġġu fid-dinja, “Bħala Kattoliku jien nibqa’ gallarija? Le, ma nibqax inħares. Aqbad u idħol għaliha!” Il-Papa Franġisku 30 ta’ April 2015.

Stħarriġ tal-opinjoni publika li saru dan l-aħħar juru li 94% tal-Maltin għadhom jidentifikaw lilhom infushom bħala Nsara. Catholic Voices jixtieq jirrappreżenta l-aspirazzjonijiet u l-valuri tagħhom, għall-aħjar ġid tas-soċjetà Maltija.

Kelliema minn Catholic Voices huma disponibbli biex jipparteċipaw fi programmi ta’ diskussjoni u aħbarijiet fuq it-TV u r-radju, u forom oħra ta’ djalogu mas-soċjetà. Il-produtturi u x-xandara jistgħu jistednuna billi jibagħtu email fuq info@catholicvoices.mt.  Nieħdu gost niltaqgħu magħkom.

Catholic Voices se jibda wkoll serje ta’ korsijiet ta’ taħriġ fil-parroċċi biex il-Kattoliċi jkunu infurmati aħjar dwar il-messaġġ pożittiv u r-relevanza tat-tagħlim tal-Knisja fis-soċjetà ta’ llum.

Il-proġett Catholic Voices beda fir-Renju Unit fl-2010 biex itejjeb il-mod kif il-Knisja kienet qed tiġi ppreżentata fil-midja, speċjalment fil-programmi tal-aħbarijiet u d-dibattiti, bi tħejjija għal-miġja tal-Papa Benedittu XVI fir-Renju Unit. Minn dakinhar il-proġett kotor b’ħafna modi u nfirex malajr madwar id-dinja. Apparti Malta hemm 20 grupp ieħor ta’ Catholic Voices fl-Ewropa, fl-Amerika ta’ Fuq u ta’ Isfel, u fl-Awstralja.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.