L-Evanġelju tas-Sibt 28 ta’ Lulju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 13, 24-30

Trid tkun taf x’inhi s-sikrana biex tifhem din il-parabbola ta’ Ġesù.

Il-pjanta tas-sikrana tixbaħ ħafna lil dik tal-qamħ, u mhux biss, iżda tinbet u tikber magħha fl-istess ambjent tvarja ftit biss fil-kulur. Għal min mhux espert faċli ħafna jaħsibhom l-istess.

Iżda ta’ min naraw ftit dak li qed jgħid Ġesù anke fl-isfond tal-parabbola tal-bidwi li ħareġ jiżra li jirrakkonta ftit qabel din.

Dak il-bidwi ħareġ jiżra żerriegħa tajba kullimkien; l-ammont ta’ frott li nħasad fl-aħħar ma kienx jiddependi mill-kwalità taż-żerriegħa, għax l-istess żerriegħa xerred, iżda mill-kwalità tal-art. Fil-parabbola tallum il-bidwi mhux biss żera’ żerriegħa tajba iżda l-art kienet tajba wkoll.

Kien hemm dak li Ġesù jgħidlu ‘għadu’ li ġie u tefa’ ż-żerriegħa tas-sikrana u telaq, tefa’ l-ġebla u ħeba idu. L-għan kien li jqarraq biex jekk is-sid ma jindunax itelliflu l-ħsad kollu, għax max-xitla t-tajba jkun hemm il-ħażina u hekk jintilef kollox, ikun kollox tajjeb biss għall-ħruq.

Iżda b’għaqal kbir, sid l-għalqa jiddeċiedi, għall-kuntrarju tal-parir tal-qaddejja tiegħu, li forsi għax nieqsa mill-esperjenza jew mill-għaqal riedu jmorru jneħħuha x’ħin kienet għada tinbet. Kien ikun ħela ta’ ħin u enerġija u faċli mal-ħażin kienu jaqilgħu it-tajjeb daskemm jixxiebħu. Ħalliha tikber biex meta tikber u tkun tingħaraf sewwa, il-ħassada jkun jistgħu jagħżlu sewwa waħda minn oħra, u hekk il-qamħ jintuża u s-sikrana tintrema.

Kemm hu ikraħ għemil dan il-għadu. Bil-qerq tiegħu iprova jeqred il-frott kollu tal-għalqa. U l-qerq tiegħu kien mibni fuq dak li jidher li hu tajjeb u fil-fatt ma hux. Kien jiġri hekk fi żmien Ġesù u kien diġa beda jidher ċar li qed iseħħ fi żmien meta l-appostli bdew jippridkaw il-Kelma u għadu jiġri hekk fi żmienna.

Ħafna huma dawk li jippruvaw iqarrqu u jużaw dak li jista’ jidher li jixbaħ il-kelma mwassla li hi mibnija fuq l-Evanġelju ta’ Alla, bi kliem li jixxiebaħ u li jingħoġob, iżda jkunu qed iwasslu kelma li tqarraq, turi l-ħażin bħala tajjeb. Barra minn hekk it-tajjeb jista’ jiġi mitfixkel mal-ħażin u jekk ikun hemm min jiddeċiedi li jeqred il-ħażin, miegħu jista’ jeqred ukoll it-tajjeb. Iżda ħalluhom jikbru flimkien. Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. L-għażla trid ħafna paċenzja iżda tista ssir meta l-pjanta ssir.

Barra minn hekk, il-ħaxixa ħażina li jsemmi Ġesù, mhux biss tixbaħ minn barra lill-qalmħ iżda l-kelma li juża San Mattew ġeja mill-Grieg ‘zizania’. Meta wieħed ifittex it-tifsira ta’ din il-kelma jinduna li mhux biss tfisser din it-tip ta’ ħaxixa ħażina, iżda tfisser ukoll nuqqas ta’ qbil, firda, konflitt, inkwiet bejn in-nies.

Mhux l-ewwel darba li naslu biex niġġustifikaw in-nuqqas ta’ qbil u l-konflitti li jnisslu l-firda, għax forsi nqisuha mpossibli li nevitawhom. Il-ħaxixa ħażin ali jsemmi San Mattew hija użata bi skop ieħor. In-nuqqas ta’ qbil bejn il-bnedmin jista’ jidher bħala xi ħaġa sana, iżd aftit lixejn nindunaw li ħafna minn nuqqas ta’ qbil għandu frott qares li jista’ jeqred kemm lil min hu tajjeb u kemm lil min għemilu hu ħażin. Fil-konflitti m’hemmx rebbieħa; hemm biss il-qerda ta’ kulħadd.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.