Tagħrif dwar il-Quddiesa tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Joseph Galea Curmi


L-Ordinant Prinċipali
L-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta

Isqfijiet Preżenti
L-E.T. Mons. Arċisqof Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta
L-E.T. Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu ta’ Malta, Isqof Koordinant
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, Isqof Koordinant
L-E.T. Mons. Paul Darmanin, O.F.M. Cap., Isqof Emeritu ta’ Garissa, il-KenjaIr-Rit tal-Ordinazzjoni

jgcIr-rit tal-Ordinazzjoni jibda wara l-qari tal-Evanġelju bil-kant tal-Veni creator.
L-isqof-elett, assistit minn żewġ saċerdoti (Mons. Ġużepp Mifsud Bonnici, iz-ziju ta’
Mons. Galea-Curmi, u Dun Henry Balzan, missjunarju fiċ-Ċilì u ordnat saċerdot
fl-istess sena tal-Isqof Elett) jitwassal quddiem l-Arċisqof Charles J. Scicluna u wieħed
mis-saċerdoti jitolbuh biex jordna lill-Mons. Galea-Curmi bħala isqof. Is-saċerdot jgħid
dan il-kliem: “Missier, il-Knisja f’Malta titolbok li inti tordna lill-presbiteru Joseph
Galea-Curmi għall-ħidma tal-episkopat.” L-għażla hi esklussivament tal-Knisja.

Il-Bolla Appostolika
Tinqara l-Bolla li permezz tagħha l-Papa Franġisku ħatar lil Mons. Joseph
Galea-Curmi bħala l-Isqof Awżiljarju.

Id-Djoċesi ta’ Cebarades
L-Isqof Elett huwa l-Isqof Titulari tad-djoċesi ta’ Cebarades, li tinsab fit-Tuneżija u
kienet sede veskovili antika fil-provinċja Rumana ta’ Biżaċena fl-Africa Proconsularis.
Id-djoċesi bdiet tintuża bħala sede titutlari fl-1989, jiġifieri bdiet tingħata lill-isqfijiet li
ma jkollhomx it-tmexxija ta’ djoċesi f’idejhom.

Il-Wegħdiet
Wara l-omelija, quddiem il-Knisja, l-Isqof-elett iwiegħed:

i. li bl-għajnuna ta’ Alla jixtieq jaqdi dan il-ministeru sal-mewt;
ii. li jxandar b’fedeltà l-Evanġelju;
iii. li jħares it-tagħlim tal-Knisja;
iv. li jibni l-Knisja f’għaqda mal-isqfijiet;
v. fedeltà u ubbidjenza lejn il-Papa;
vi. li jaħdem flimkien mas-saċerdoti u d-djakni għall-ġid tal-poplu ta’ Alla biex
imexxih fit-triq tal-qdusija;
vii. li jkun ħanin u twajjeb mal-fqar;
viii. li jkun ragħaj tajjeb li jfittex in-nagħġa l-mitlufa;
ix. li jitlob għall-poplu ta’ Alla u li jaqdi l-ħidma ta’ isqof bla għajb.

Il-Litanija
L-Isqof-elett jinxteħet wiċċu fl-art għall-kant tal-Litanija. Hawnhekk il-Knisja fuq l-art
tingħaqad mal-Knisja fis-sema biex issejjaħ il-grazzja divina fuq l-Elett.

Il-Qofol tal-Ordinazzjoni: It-Tqegħid tal-Idejn
Il-qofol tar-rit tal-Ordinazzjoni jikkonsisti fit-tqegħid tal-idejn u fit-talba
tal-konsagrazzjoni. L-Isqof-elett imur quddiem l-Arċisqof Charles J. Scicluna u fis-skiet
iqiegħed idejh fuq ras Mons. Joseph Galea-Curmi. Warajh jagħmlu l-istess l-Arċisqof
Emeritu ta’ Malta, Mons. Pawlu Cremona, u l-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech,
flimkien mal-isqfijiet kollha preżenti.

Il-ġest tat-tqegħid tal-idejn hu antik ħafna. Għandu l-għeruq tiegħu fit-Testment
il-Qadim. Mosé, fuq ordni ta’ Alla, għażel lil Ġożwè bħala s-suċċessur tiegħu. Dak
iż-żmien iċ-ċerimonja kienet sempliċi ħafna: it-tqegħid tal-idejn. L-effetti tar-rit huma
kbar. Naqraw li wara l-mewt ta’ Mosè “deher Ġożwè bin Nun, mimli bl-Ispirtu tal-għerf,
għax Mosè kien qiegħed idejh fuqu” (Dt 34:9; cf. Num 27, 18-23). F’dan il-ġest naraw
il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li tingħata għall-qadi tal-ministeru episkopali.

It-Talba tal-Konsagrazzjoni
L-Arċisqof Scicluna jieħu l-ktieb tal-Evanġelju u jqiegħdu miftuħ fuq ras il-magħżul.
Dan il-ġest ifisser li l-isqof irid jisma’ b’attenzjoni l-Kelma u li hu qaddej umli
tal-Evanġelju. It-talba hi maqsuma f’4 partijiet:

Invokazzjoni: Insejħu lil Alla l-Missier.

Anamnesis: Infakkru ġrajjiet kbar li Alla għamel magħna fil-passat. Sa mit-Testment
il-Qadim Alla ta lill-poplu tiegħu mexxejja u saċerdoti biex flimkien joffru lill-Missier
tas-sema foħrija u tifħir.

Epiklesis: Tingħad mill-isqfijiet kollha. Hawnhekk nitolbu biex l-Ispirtu s-Santu jinżel
fuq il-magħżul.

Interċessjoni: Talb biex l-Isqof jaqdi l-missjoni tiegħu kif jixraq.

Id-Dilka tar-Ras
L-Arċisqof Charles J. Scicluna jidlek ras l-Isqof il-ġdid biż-żejt tal-griżma. Sa miż-żmien
it-Testment il-Qadim dawk kollha magħżula minn Alla biex jaqduh fit-twettiq tal-pjan
tas-salvazzjoni kienu jiġu midluka biż-żejt. Iż-żejt ifuħ tal-griżma jfisser il-ġmiel
tal-konsagrazzjoni u tas-sehem fis-saċerdozju ta’ Kristu.

Il-Ktieb tal-Evanġelju
L-Isqof il-ġdid jingħata l-ktieb tal-Evanġelju għax hu xandar pereċċellenza tal-Kelma.
L-Għoti tal-Insinji Episkopali
Iċ-ċurkett jesprimi l-fedeltà tal-isqof lejn il-Knisja, l-għarusa ta’ Kristu. Fil-passat,
iċ-ċurkett kien jingħata b’sinjal ta’ ġieħ, biex jimmarka d-dokumenti uffiċjali u b’sinjal
tal-għerusija tal-Isqof mad-djoċesi tiegħu. Iċ-ċurkett li se jingħata Mons. Joseph
Galea-Curmi waqt il-Quddiesa Pontifikali tal-Ordinazzjoni Episkopali huwa rigal
mingħand l-Arċisqof Charles J. Scicluna.

Il-mitra tirrapreżenta l-ħerqa tal-isqof biex jimxi ’l quddiem fit-triq tal-qdusija. Il-mitra li
se jilbes Mons. Joseph Galea-Curmi hija rigal mill-parroċċa ta’ Ħal Balzan.
Il-baklu jfakkar li l-isqof hu ragħaj li jrid jieħu ħsieb il-merħla. Il-baklu ta’ Mons. Joseph
Galea-Curmi huwa rigal milll-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

L-Għoti ta’ Postu
L-Arċisqof ta’ Malta jistieden lill-Isqof-elett biex ipoġġi fuq l-ewwel siġġu tal-isqfijiet
konċelebranti.

Il-Bewsa tal-Paċi
Il-bewsa tfisser l-għaqda li teżisti bejn l-isqfijiet, l-aktar fit-talb, fil-fidi, u fi Kristu li
sejħilhom għal dan il-ministeru u riedhom bħala suċċessuri tal-appostli jkunu
maqgħuda miegħu u bejniethom, u mal-isqof ta’ Ruma.

Tmiem il-Quddiesa
Fi tmiem il-Quddiesa, qabel il-barka tal-aħħar, waqt li jitkanta t-Te Deum l-Isqof il-ġdid
jinżel ibierek in-nies.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.