ACN (Malta) ser tattendi għall-Kungress Dinji dwar il-Familja


Il-Ġimgħa 10 t’Awwissu 2018: Fi stqarrija għall-istampa mill-fergħa lokali tal-ACN tħabbar illi delegazzjoni tal-Aid to the Church in Need f’Malta ser tattendi għall-Kungress Dinji dwar il-Familja (WMOF 2018) li ser isir fl-Irlanda bejn il-21 u s-26 t’Awwissu 2018.

wmfoId-Delegazzjoni hi ffurmata minn Dr. Guido Pace Spadaro, Chairman tal-Bord, flimkien mas-Sur Stephen Axisa, Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta). Id-Delegazzjoni tal-Aid to the Church in Need (Malta) ġiet mistiedna minn Dr Michael Kinsella, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (l-Irlanda).

Il-Papa Franġisku huwa mistenni jattendi l-WMOF 2018 matul iż-żjara tiegħu fl-Irlanda. Ser jattendu wkoll Dr Thomas Heine-Geldern, President Internazzjonali tal-Aid to the Church in Need (International) u d-Diretturi Nazzjonali tal-Filippini u l-Brażil, fost oħrajn. L-Aid to the Church in Need (l-Irlanda) ser tisponsorja delegazzjoni mill-Afrika u mir-Russja. Il-Catholic Radio Television Network (CRTN) tal-Aid to the Church in Need (International) ser jitrażmetti l-Kungress.

Fr. Werenfried van Straaten (1913 – 2003), il-Fundatur tal-Aid to the Church in Need, fil-laqgħat u kungressi li kien jattendi dwar iż-żwieġ u l-familja, dehru ċari f’qalbu d-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-familji, fihom kien jara l-aspetti ġodda tal-Knisja.

Il-ħidma pastorali, umanitarja u dik soċjali b’risq il-familji li wettaq Fr. Werenfried qed titkompla mill-Aid to the Church in Need bl-istess dedikazzjoni u entużjażmu tiegħu, tant li l-Aid to the Church in Need hija waħda mill-isponsors tal-Kungress Dinji dwar il-familja (WMOF 2018).

NOTA LILL-EDITURI

L-Aid to the Church in Need (Malta) hija l-fergħa lokali tal-Aid to the Church in Need (International), Fondazzjoni Internazzjonali Kattolika ta’ Karità li primarjament trawwem il-fidi u tieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-Kristjani ppersegwitati u dawk li jsofru madwar id-dinja.
Imwaqqfa fl-1947 minn Fr. Werenfried van Straaten, li San Ġwanni Pawlu II sejjaħlu “l-Appostlu tal-Karità”, l-ACN tappoġġja proġetti importanti mwettqa mill-Knisja lokali (Isqfijiet, Saċerdoti, Sorijiet u Lajċi) f’aktar minn 140 pajjiż inklużi l-Iraq u s-Sirja. Dawn jinkludu għoti t’għajnuna għar-refuġjati, bini ta’ knejjes, kliniċi, mezzi ta’ trasport essenzjali għall-ħaddiema lokali u anke tieħu ħsieb id-distribuzzjoni ta’ kopji tal-Bibbja għat-tfal fost proġetti oħra.

Filwaqt li l-Aid to the Church in Need tagħti permess sħiħ lill-midja biex tiddisponi liberament mill-komunikati stampa ta’ din il-Fondazzjoni, jekk jogħġbok irrikonoxxi lill-Aid to the Church in Need bħala s-sors ta’ stejjer meta tuża’ dan il-materjal.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.