Bl-għajnuna tal-ACN, 9000 familja lura f’darhom


Il-Ġimgħa 10 ta’ Awwissu 2018:  Xi jiem ilu, minn dawn il-paġni rrapurtajna kif fil-pjanura ta’ Niniveh fl-Iraq, minkejja li t-theddid ma jaqta xejn, madankollu l-Insara xorta waħda qegħdin jirriturnaw lura lejn pajjiżhom.

unnamed.jpgRapport li waslilna mill-ACN jagħti x-xhieda ta’ koppja żagħżugħa, Samir ta’ 30 sena u martu Siba ta’ 25 li flimkien ma’ Timotheus, it-tarbija tagħhom ta’ ftit ġimgħat marru lura biex jgħixu f’Bartella, belt fil-pjanura ta’ Niniveh maġemb Mosul.  Il-biċċa l-kbira tar-residenti hemm huma Ortodossi.

Binhom ċkejken, illum huwa rieqed trankwill f’dirgħajn ommu, imma l-ġenituri tiegħu jittamaw li għad jasal mument meta jirrakuntawlu dwar iż-żminijiet diffiċli li l-familja għaddiet minnhom qabel ma twieled hu.

ACN-20170503-53673Meta dawk li jsejjħu lilhom infushom Stat Iżlamiku waslu Bartella f’Awwissu 2014, l-Insara kollha li kienu jgħixu hemm kellhom jaħarbu. Djarhom u l-knejjes tagħhom kienu misruqa u meqruda.  Illum l-ACN qed tgħin lill-Insara jmorru lura lejn il-post li huwa darhom.  Hemm inbeda proġett kbir biex dawn id-djar ikunu rranġati u hekk 45 fil-mija tal-familji li kienu telqu erba’ snin ilu, diġà rriturnaw lura tant li sa Ġunju li għadda n-numru ta’ dawk li kienu lura f’darhom laħħaq kważi d-disa’ t’elef familja.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.