Il-Knisja dejjem qieset il-katekeżi bħala wieħed mix-xogħolijiet primarji tagħha, għaliex qabel ma Kristu tela’ għand il-Missier, wara li qam minn bejn l-imwiet, ta lill-Appostli l-aħħar amar – li jagħmlu dixxipli lin-nazzjonijiet kollha u jgħallmuhom iħarsu dak kollu li kien ordnalhom. ,,,
B’din is-sentenza, il-Papa Qaddis Ġwanni Pawlu II kien fetaħ l-Eżortazzjoni Appostolika tiegħu Catechesi Tradendae dwar il-Katekeżi fi żminijietna. Kienet publikata fis-16 ta’ Ottubru 1979, imma minkejja li għaddew 39 sena, madankollu din l-Eżortazzjoni għadha attwali illum daqskemm kienet dakinhar tal-publikazzjoni, jekk mhux aktar ukoll.
Ara test kollu tal-Eżortazzjoni Appostolika, Catechesi Tradendae minn din il-link …