L-Evanġelju tas-Sibt 11 t’Awwissu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 17, 14-20

Kultant ir-rejazzjoni ta’ Ġesù tista tidher goffa u barra minn postha. Jidher, iżda, li id-dixxiplikienu diġa ppruvaw ifejqu lil dan it-tifel u ma rnexxilhomx. Il-mistoqsija li għamlulu meta kienu weħidhom turi ċar li missier it-tifel mar għandhom l-ewwel, iżda huma ma setgħux ifejquh.

Għal darb’oħra f’San Mattew għandna missier li jidħol għal ibnu. L-imħabba tal-ġenituri lejn uliedhom m’hemmx aqw aminnhom u twassalhom biex jagħmlu minn kollox għal ġid tagħhom, kif jafu huma u bla mistħija. Għal ibni jew binti u għall-ġid tagħhom nagħmel kollox; dan mhux biss jaħsbuh iżda jwettquh kulmeta jkun hemm bżonn. Barra minn hekk naraw il-qawwa tat-talb ta’ interċessjoni. Fl-Evanġelji kollha naraw nies, familjari jew qraba jew ħbieb li jwasslu lil min hu batut quddiem Ġesù: ħadulu quddiemu l-morda u hu fejjaqhom.

Ġesù juri l-frustrazzjoni tiegħu mhux għall-fidi tal-missier iżda għan-nuwwas ta’ fidi tad-dixxipli tiegħu, dawk li l-iżjed kellhom fidi fih u f’dak li kien qed jafdalhom f’idejhom: il-qawwa kollha tiegħu. Dan in-nuqqas ta’ fidi, jista jkun li kien ġej mill-fatt li, għalkemm Ġesù kien qiegħed jibgħathom biex iwettqu dak li jagħmel hu għax jafdahom, huma kienu għadhom ma jafdawx lilhom infushom b’dak li hu ta’ Alla f’idejhom. Meta Alla jafda lill-bniedem b’missjoni jagħtih magħha kulma għandu bżonn biex iwettaqha, ma jħallihx nieqes mill-qawwa biex iwassal fil-milja tiegħu dak li jkun fdah biex jagħmel. Mhux Alla li jgħaddina biż-żmien bil-ħsieb li jwaqqana għaċ-ċajt, iżda huwa Alla li bil-qawwa li jafdalna jrid jidher f’dak li bagħtna nagħmlu.

Meta l-fidi tagħna f’Alla tkun tirrifletti l-fiduċja li hu għandu fina, kollox nistgħu nagħmlu. Huwa meta aħna ma nemmnuhx li nibdew nerġgħu lura u nitfixklu. Hemmhekk biss inkunu limitati u d-dgħufijiet tagħna jegħlbuna.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.