Is-Sibt 25 ta’ Awwissu 2018: Illum il-Papa Franġisku jasal Dublin fl-Irlanda biex jieħu sehem fl-għeluq tal-Laqgħa Dinjija tal-Familja. Il-Papa telaq mill-ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma fit-8.15 ta’ dalgħodu u mistenni jasal Dublin fl-10.30am fejn ikun mogħti merħba uffiċċjali.
Immedjatament wara huwa jkollu laqgħa mal-President fir-Residenza Presidenzjali, kif ukoll mas-Awtoritajiet Irlandiżi u mas-Soċjetà Ċivili fil-Kastell ta’ Dublin. Fit-3.30pm iżur il-Katidral ta’ St Mary u minn hemm jibqa’ sejjer fiċ-Ċentru ta’ Akkoljenza tal-Patrijiet Kapuċċini li jilqa’ fih familji li m’għandhomx fejn jgħixu.
Fit-7.45pm il-Papa ser jieħu sehem fil-Festa tal-Familji fl-Istadju ta’ Croke Park fejn huwa mistenni jagħti l-messaġġ tiegħu lil dawk preżenti.
Il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku jkomplu wkoll għada l-Ħadd f’Knock minn fejn f’nofinhar imexxi t-talba tal-Angelus u fit-5.00pm jiċċelenra Quddiesa f’Phonix Park. Fi tmiemha huwa jkollu laqgħa mal-Isqfijiet tal-Irlanda.
Il-Papa jaqbad l-ajruplan lura lejn il-Vatikan fis-8.45pm u mistenni jasal Ruma għall-ħabta tal-ħdax ta’ billejl.
Tista’ ssegwi dan il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku fuq il-Laikos … http://www.laikos.org/tvl-vat-page.htm