Rapport mill-Kungress Pastorali tal-Laqgħa Dinjija tal-Familji f’Dublin


Il-Ġimgħa 24 ta’ Awwissu 2018: L-ewwel jum tal-Kungress Pastorali tal-Laqgħa Dinjija tal-Familji f’D ublin, l-Irlanda beda b’26 sessjoni ta’ diskussjonijiet kif ukoll b’messaġġ ta’ tama waqt il-quddiesa presjeduta mill-Arbċisqof ta’ Bombay, il-Kardinal Oswald Gracias, li waqt l-omelija għamel riflessjoni fuq it-tema: Il-Knisja hi familja ta’ familji.

Dublin Congress 2018

Is-sessjonijiet kienu jinkludu workshops interattivi u diskussjonijiet kollha dwar aspetti differenti tal-ħajja tal-familja. Kelliema internazzjonali ttrattaw suġġetti bħalma huma: l-qawwa tal-imħabba fi ħdan il-familja, l-imġieba tal-membri tal-familja fil-każ li xi ħadd minnhom ikun ibati minn xi diżabbiltà u l-vokazzjoni tan-negozju. Il-kelliema kienu mill-Messiku, mis-Sirja, mil-Italja, mill-Irlanda, mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Kanada, mill-Ingilterra, minn Spanja u aktar.

L-Arċisqof ta’ Vjenna, il-Kardinal Christoph Graf von Schönborn, fetaħ l-ewwel sessjoni b’riflessjoni bit-tema: “Fid-dawl tal-Kelma, iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tal-familja fit-tradizzjoni Ġudeo/Kristjana. Fil-‘panel’ kien hemm l-Arċisqof Anglikan ta’ Dublin, il-Wisq Reverendu Dr Michael Jackson, li stqarr li s-saħħa tal-familja minn dejjem għaddiet minn tibdil imma fiha hemm ukoll il-kontinwità.

Sessjonijiet ta diskussjoni oħra ffukaw fuq l-importanza tat-trasmissjoni tal-fidi fi ħdan il-familja, l-importanza tal-ġenituri u r-relazzjoni ta’ bejniethom għall-bqija tal-fmailja u kif in-nisrani għandu jittratta man-nies li m’għandhomx dar.

Wara l-quddiesa mmexxija mill-Arċisqof ta’ Bombay, il-ġurnata ssuktat bi preżentazzjoni tat-testimonajanzi minn familja ta’ refuġjati Sirjani waqt diskussjoni miftuha.  Is-sessjonijiet komplew jiddiskutu suġġetti bħalma huma s-sigurtà fid-dar fl-era diġitali u s-sitwazzjoni fejn xi membru tal-familja jkun dipendenti fuq id-droga.

Dawn is-sessjonijiet komplew ilbieraħ u jibqgħu għaddejjin illum bl-istennija taż-żjara tal-Papa, għada s-Sibt u l-Ħadd, b’aktar preżentazzjonijet u diskussjonijiet.

Rapport mill-Kamra tal-Aġbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.